It-Torca

Taxxa fuq il-bejgħ diġitali

Ilhom snin fil-Parlament Ewropew, fil-Kummissjoni u anke fost stati membri tal-Unjoni Ewropea jitqajmu ideat u proposti dwar kif jistgħu jiġu ntaxxati ċerti servizzi finanzjarji – dawk jiġifieri li impriżi bħall-banek jipprovdu meta jixtru u jbigħu għall-klijenti l-ishma li jkollhom f’azjendi differenti. L-intaxxar ta’ dawn is-servizzi jservi ta’ għajn ġdida ta’ dħul għall-Unjoni Ewropea waqt li

It-Torca

Iż-Żona tal-Ewro fl-Aħħar tal-2018

Minn kemm iż-żona tal-ewro ilha taffaċċja l-problemi kbar li kien nħolqu mal-kriżi finanzjarja tal-2008, pass wara l-ieħor, l-isforzi baqgħu jsiru biex iż-żona tibni strutturi ta’ ħarsien u tmexxija aktar żguri milli kienet iddotata bihom meta twaqqfet. Għall-bidu u għal xi snin, il-miżuri li ttieħdu kienu maħsuba biex jilqgħu għall-problemi kbar li laqtu lil uħud mill-pajjiżi

It-Torca

Il-logħba perikoluża tal-brexit

Mill-bidu nett, deher ċar li d-deċiżjoni li l-poplu tar-Renju Unit ħa b’referendum biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea kienet se toħloq ħafna diffikultajiet. Ma kien hemm l-ebda preċedent għaliha. Jew għal kif tista’ titwettaq. Id-deċiżjoni kienet se thedded l-integrità u l-qagħda finanzjarja tal-istess Unjoni. L-ekonomija Brittanika kienet it-tieni l-akbar fl-Ewropa. Minn banda, il-Brexit ħoloq konfużjoni sħiħa fost

It-Torca

Parteċipazzjoni akbar, effiċjenza akbar?

Kritika li ilha ssir kontra t-tmexxija tal-Unjoni Ewropea hi li matul is-snin daħlet wisq fi rqaqat ta’ tmexxija. Ivvintat wisq proġetti ġodda għal politika Ewropea li wasslu biex inaqqsu s-sehem tal-pajjiżi membri u l-popli tagħhom fid-deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom. Minflok il-Parlamenti jew il-gvernijiet nazzjonali, ħadu aktar importanza l-istituzzjonijiet ċentrali Ewropej biex jiddeċiedu dwar l-affarijiet. Ukoll

It-Torca

Għeluq

Id-deċiżjoni tal-Kanċellier Angela Merkel li mhix se tfittex li tintgħażel biex tkompli tmexxi l-partit tagħha s-CDU mix-xahar id-dieħel, bidlet il-klima politika Ewropea. Għal snin twal, Merkel kienet mitqiesa bħala l-aktar persuna influwenti fil-politika tal-kontinent. Issa, l-partit tagħha jrid jagħżel liema linja se jieħu: jekk għandux jibqa’ fid-direzzjoni li daħħlet hi — b’politika “moderata” fejn tat

It-Torca

Il-Brexit u Aktar

L-aħħar passi lejn it-tmiem tan-negozjati dwar il-Brexit qed ikunu ħafna aktar iebsa milli kien maħsub għall-bidu li se jkunu. Baqgħet mhux maħlula l-problema tal-Irlanda. Is-soluzzjoni proposta mill-Unjoni Ewropea xejn ma għoġbot lir-Renju Unit, speċjalment għax x’aktarx li ma tgħaddix mill-Parlament Ingliż. Ħaġa hekk tkun tfisser il-waqa’ tal-gvern Ingliż u l-kollass tan-negozjati kollha. Imbagħad hemm il-fatt