Newsletter

Kompletament inaċċettabbli: Id-devjazzjoni tar-riżorsi Ewropej lejn il-produzzjoni tal-munizzjon

L-eks Prim Ministru Alfred Sant saħaq li l-proposta attwali li tiġi ffinanzjata l-produzzjoni tal-munizzjon permezz ta’ fondi Ewropej hija kompletament inaċċettabbli. Waqt li kien qed jindirizza l-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Brussell dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-Att Favur il-Produzzjoni ta’ Armi u l-Munizzjon, Sant esprima qbil mal-għan ġenerali li jappoġġa bis-sħiħ lill-Ukrajna biex tiddefendi ruħha kontra

Newsletter

Lejn riforma tal-proċessi tal-elenkar Ewropew sa tmiem din il-leġiżlatura

L-eks Prim Ministru Alfred Sant sostna li s-swieq kapitali tal-Unjoni qed ikomplu jaqtgħu lura meta mqabbla ma’ swieq kontinentali oħra, filwaqt li nnota li fl-aħħar tliet snin is-sehem tagħhom tal-kapitalizzazzjoni tas-suq madwar id-dinja kien qed jiċkien. F’diskors ewlieni li ta għal seminar tal-Forum tas-Servizzi Finanzjarji tal-Parlament Ewropew dwar l-Att dwar kif kumpaniji joħorġu għall-bejgħ lill-pubbliku

Newsletter

Sant iwissi li r-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar l-indħil barrani iqis wisq lid-dinja minn perspettiva Ewropea

Il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija tal-Partit Laburista fil-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi tal-Parlament Ewropew Alfred Sant astjena fuq Rapport dwar indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea inkluż id-diżinformazzjoni. Huwa saħaq li r-Rapport huwa nieqes minn bilanċ storiku u jenfasizza fuq l-Ewropa filwaqt li jqis il-bqija tad-dinja biss minn perspettiva Ewropea. Dan iqajjem tħassib fost pajjiżi terzi li

Newsletter

Laqgħat u konsultazzjonijiet fit-tħejjija minn Alfred Sant tar-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar liġi li tirregola l-ħruġ għall-bejgħ ta’ ishma minn kumpaniji

Bħala r-rapporteur tal-Parlament Ewropew għall-Att dwar kif kumpaniji joħorġu għall-bejgħ lill-pubbliku ishma fl-impriżi tagħhom propost mill-Kummissjoni Ewropea, l-eks Prim Ministru Alfred Sant huwa n-negozjatur ewlieni kemm għas-S&D kif ukoll għall-Parlament Ewropew fuq din il-proposta leġiżlattiva. Il-MPE Laburista nnota li l-Parlament Ewropew jinsab tard biex ilesti x-xogħol marbut ma’ dan il-file. Huwa wiegħed li ser jagħmel

Newsletter

L-Ewropa u ċ-Ċina

Is-suġġett diskuss waqt il-programm televiżiv sponsorjat mill-uffiċċju ta’ Alfred Sant bl-appoġġ tal-Grupp tas-S&D fil-Parlament Ewropew Temi Maltin u Ewropej matul dan ix-xahar kien “L-Ewropa u ċ-Ċina” bis-sehem tal-eks Prim Ministru Alfred Sant u s-Senior Lecturer fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università ta’ Malta, Dr Valentina Cassar. Temi Maltin u Ewropej huwa programm televiżiv ta’ informazzjoni u kummentarju.

Newsletter

Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna għandha tkun ibbażata fuq reċiproċità ekonomika proporzjonata

L-eks Prim Ministru Alfred Sant ivvota favur rapport Ewropew dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tnaqqis fir-restrizzjonijiet għal qasir żmien tal-kummerċ li tipprovdi l-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukrajni. Huwa enfasizza kemm huwa vitali li tiġi żgurata l-kontinwità tal-kapaċità kummerċjali tal-Ukrajna u li tkompli ssostni lill-pajjiż tal-Ewropa tal-Lvant. Madanakollu, għandu jiġi ċċarat li