Newsletter

L-Ewropa u l-Afrika u l-politika reġjonali Ewropea

Is-suġġetti diskussi waqt il-programm televiżiv Temi Maltin u Ewropej sponsorjat mill-uffiċċju ta’ Alfred Sant bl-appoġġ tal-Grupp tas-S&D fil-Parlament Ewropew kienu “L-Ewropa u l-Afrika” u “Il-politika reġjonali tal-Unjoni Ewropea”. Temi Maltin u Ewropej huwa programm televiżiv ta’ informazzjoni u diskussjoni prodott mill-Uffiċċju Lokali tal-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant li tnieda s-sena l-oħra. Alfred Sant ikun mistieden bħala kelliem f’kull programm

Newsletter

Aktar minn tliet mitt emenda introdotti fl-Att dwar il-Listing

Matul ix-xahar ta’ Awwissu, fl-uffiċċju tad-deputat Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant baqa’ jsir ix-xogħol fuq it-tħejjija tal-liġi Ewropea dwar il-Listing. L-abbozz ta’ din il-liġi (l-Att dwar il-Listing) idaħħal bidliet f’liġijiet eżistenti. L-għan ta’ dawn il-bidliet huwa li jħaffu l-proċess li bih kumpaniji żgħar jistgħu joħorġu għall-bejgħ lill-pubbliku ishma fil-kumpaniji tagħhom. Alfred Sant huwa r-Rapporteur għall-Att

Newsletter

Miżuri ta’ kompetizzjoni fiskali huma essenzjali għall-pajjiżi ekonomikament żvantaġġati

L-eks Prim Ministru Alfred Sant ivvota favur Rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-lezzjonijiet li jistgħu jinsiltu mill-“Pandora Papers”. Huwa qabel mal-għanijiet tar-Rapport li għandu jkun hemm kontroll fuq il-miżuri meħuda b’mod illeġittimu minn stati u minn kumpaniji li jagħtu lok biex ditti, individwi għonja jew li jkollhom konnessjonijiet tajba sew ma’ ċentri tal-poter ikabbru ġidhom b’mod

Newsletter

L-Unjoni Ewropea teħtieġ qies effettiv u ġust dwar ir-rispett tas-saltna tad-dritt

L-eks Prim Ministru Alfred Sant astjena fil-voti kollha inkluż fil-vot finali dwar ir-riżoluzzjoni dwar il-liġi elettorali u s-saltna tad-dritt fil-Polonja. Waqt li kien qed jindirizza l-plenarja tal-Parlament Ewropew huwa nnota li fil-Polonja, l-istat attwali tal-liġi elettorali u l-mekkaniżmi demokratiċi tagħha huma estremament diżappuntanti. “Il-liġi elettorali attwali tirrappreżenta nuqqas ta’ rispett għal kwalunkwe standard demokratiku u

Newsletter

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jinvesti aktar fi proġetti mfassla għal kontra t-tibdil fil-klima

Fl-intervent tiegħu dwar l-attivitajiet finanzjarji tar-Rapport annwali tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-2022 f’dibattitu plenarju tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, l-eks Prim Ministru Alfred Sant spjega li r-Rapport jippreżenta sett ta’ rakkomandazzjonijiet validi. Madanakollu, huwa saħaq li l-Bank Ewropew tal-Investiment irid jaħdem aktar biex jixpruna ‘l quddiem aktar investiment fejn għadu lura u jrid jinvesti aktar għal kontra

Newsletter

Il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata se tolqot ħażin lill-pajjiżi żgħar u ta’ daqs medju

L-eks Prim Ministru u MPE Laburista Alfred Sant ivvota kontra r-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-klawsoli “passerelle” fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea. Fl-intervent tiegħu waqt dibattitu plenarju tal-Parlament Ewropew dwar ir-Rapport huwa ma qabilx mal-klawsoli “passerelle” bħala mekkaniżmi li jirranġaw ir-regoli kif jittieħdu d-deċiżjonijiet li jippermettu bidla minn votazzjoni fejn ikun hemm qbil unanimu bejn il-partijiet kollha għal votazzjoni