Fl-intervent tal-ftuħ ta’ webinar fil-Parlament Ewropew organizzat mill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istudju tal-Obeżità biex tfakkar il-Jum Ewropew tal-Obeżità fl-4 ta’ Marzu, Alfred Sant innota li jeħtieġ li jiġi adottat approċċ olistiku u sistematiku biex titnaqqas b’mod sostenibbli l-isfida tal-obeżità .

Il-konferenza ospitata mill-uffiċċju parlamentari ta’ Alfred Sant saret online wara d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li twaqqaf milli jseħħu avvenimenti esterni minħabba t-tixrid tal-koronavirus. Din kienet okkażjoni sabiex ikun mniedi l-Obesity Policy Engagement Network (OPEN)-EU li qed isejjaħ għal approċċ ġdid fil-livell tal-UE biex inaqqas il-prevalenza u l-impatt tal-obeżità fl-UE.

Jeżisti tħassib qawwi fid-dinja tal-mediċina, speċjalment fil-kuntest tal-koronavirus. Madankollu, f’dawn il-mumenti, m’għandniex inwarrbu riskji kbar oħra għas-saħħa: bħalissa hemm aktar minn 80 miljun Ewropew bl-isfida tal-obeżità.

Alfred Sant iddikjara li żewġ aspetti ta’ din l-isfida għandhom jiġu ttrattati flimkien. L-ewwelnett, l-aspett mediku għandha bżonn rispons mediku. It-tieni, minn perspettiva soċjoekonomika, il-programmi ta’ edukazzjoni għandhom bżonn jimmiraw lejn livelli speċifiċi tas-soċjetajiet tagħna.

Gruppi vulnerabbli jibqgħu l-aktar affettwati b’mod negattiv. Riċerka tal-OECD turi li l-inugwaljanzi soċjali fil-piż żejjed u l-obeżità huma qawwija, speċjalment fost in-nisa.

Fl-intervent tiegħu, Alfred Sant innota li soluzzjonijiet fit-tul u effettivi biex jindirizzaw il-kriżi tal-obeżità jeħtieġ li jindirizzaw il-kawżi bażiċi tal-inugwaljanzi tas-saħħa kif ukoll li jipprovdu s-soluzzjonijiet mediċi fejn xieraq. Għandhom jiġu indirizzati l-fatturi strutturali kollha.

 


Alfred Sant calls for a European strategy to combat obesity

In his opening intervention at a European Parliament webinar organised by the European Association for the Study of Obesity to mark European Obesity Day on the 4th of March, Alfred Sant noted that a holistic and systemic approach needs to be adopted to sustainably stem the tide of obesity.

The planned conference hosted by Alfred Sant’s parliamentary office went online following the European Parliament’s decision to stop external events from taking place due to the spread of the coronavirus. The event launched the Obesity Policy Engagement Network (OPEN)-EU that is calling for a new EU-level approach to reduce the prevalence and impact of obesity in the EU.

There are various major concerns in the world of medicine, especially in the context of coronavirus making the headlines. Yet, in such moments, we should not disregard other major health risks: currently over 80 million Europeans are obese.

Alfred Sant stated that two aspects of the challenge have to be dealt with in tandem. Firstly, the medical problem needs a medical response. Secondly, from a socioeconomic perspective, education programmes need to target specific strata of our societies.

Vulnerable groups remain the most negatively affected. OECD research shows that social inequalities in overweight and obesity are strong, especially among women.

In his intervention, Alfred Sant noted that long-term and effective solutions to address the obesity crisis need to tackle the root causes of health inequities as well as to provide the medical solutions where appropriate. All structural factors need to be tackled.

Il-Parlament Ewropew għandu jadatta għal realtajiet ġodda tal-koronavirus billi juża l-Internet

F'ittra lill-Iratxe Garcia Perez, President tal-Grupp tas-Socjalisti u Demokratiċi, b'rabta mal-preparamenti għas-sessjonijiet plenarji ta’ Marzu u April, l-eks Prim Ministru ...
Read More

L-Ewropa mhix preparata għat-trażmissjoni mgħaggla ta’ mard ġdid – Alfred Sant

Għal dan aħna mhux ippreparati u mhux biss fl-Ewropa. L-epidemija tal-coronavirus hija tal-biża’ mhux sempliċement minħabba li hija marda "ġdida", ...
Read More

Alfred Sant jappella għal strateġija Ewropea biex tiġġieled l-obeżità

Fl-intervent tal-ftuħ ta’ webinar fil-Parlament Ewropew organizzat mill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istudju tal-Obeżità biex tfakkar il-Jum Ewropew tal-Obeżità fl-4 ta’ Marzu, Alfred ...
Read More

Alfred Sant jappoġġja ftehim kummerċjali ġdid UE-Vjetnam

Fi spjegazzjoni tal-vot lill-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li nnota l-argumenti li saru minn oħrajn fis-sens li l-implimentazzjoni tal-ftehim għandha ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment