Angela Merkel taqbel li għandhom jieqfu n-negozjati tad-dħul tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea. Ir-relazzjonijiet tat-Turkija u l-UE u tat-Turkija mal-Ġermanja iddeterjoraw sewwa wara l-attentat kolp ta’ stat f’Lulju 2016 u r-referendum dwar il-kostituzzjoni Torka fir-Rebbiegħa tal-2017.

“Se nitkellem mal-kollegi Ewropej tiegħi biex tintlaħaq pożizzjoni komuni fuq dan il-punt u jekk nistgħux inwaqqfu n-negozjati għad-dħul.  Huwa ċar li t-Turkija ma għandhiex issir stat membru tal-Unjoni. Jeħtieġ pożizzjoni ċara dwar Erdogan.”  qalet Merkel f’dibattitu ftit jiem biss qabel l-elezzjonijiet parlamentari tal-24 ta’ Settembru.

Biex jitwaqqfu n-negozjati jeħtieġ vot unanimu mill-istati membri kollha.

B’risposta għal dak li qalet Merkel, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork Omer Melik qal li l-Ġermanja kienet qed tuża l-Unjoni Ewropea biex issolvi kwistjonijiet bilaterali.

“Il-Ġermanja hija alleata tat-Turkija iżda qed inħossuna skomdi bl-argumenti ta’ ċerti politiċi Ġermaniżi. Ma tistax titkellem fuq it-twaqqif jew is-sospensjoni tan-negozjati tas-sħubija, biex imbagħad terga’ tibdiehom sitt xhur oħra.”  qal Melik.

In-negozjati mat-Turkija jinsabu wieqfa għaliex l-Ewropa ma tridx tiftaħ kapitli ġodda ta’ negozjati.

“L-UE tikkritika d-drittijiet fundamentali u l-indipendenza ġudizjarja fit-Turkija, allura ejja nibdew negozjati fuq dan. Il-kapitli tan-negozjati qegħdin hemm biex naħdmu flimkien.”  qal Melik meta rrefera għal kapitlu 23 dwar il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali u kapitlu 24 dwar il-liberta`, is-sigurta` u l-ġustizzja.

“Fuq is-suġġetti kollha li qed tikkritikawna, aħna lesti li nitkellmu u naħdmu flimkien.” żied jgħid Melik.

Fil-fehma tal-Ministru Tork l-Unjoni Ewropea se tieħu deċiżjoni dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea aktar milli dwar il-futur tat-Turkija.

RYANAIR TĦARBAT TITJIRIET TA’ 400,000 PASSIĠĠIER

RYANAIR qalet li ma kinitx se tibbukkja titjiriet ġodda ma’ linji oħra tal-ajru għall-passiġġiera li ntlaqtu minn kanċellazzjonijiet ta’ 50 ...
Read More

FEJN SEJRA L-EWROPA?

Fid-diskors dwar l-istat tal-Unjoni indirizzat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker tfasslu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea għaż-żmien li ġej. Juncker ...
Read More

INSAĦĦU L-KISBIET U NWITTU D-DIVERĠENZI  FL-EWROPA

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant saħaq dwar il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tikkonsolida l-kisbiet tagħha biex tnaqqas u twitti d-diverġenzi li nħolqu ...
Read More

L-UE U R-RENJU UNIT JEĦTIEĠU RELAZZJONIJIET TAJBIN WARA L-BREXIT

Huwa fl-interess tal-UE u tar-Renju Unit li jintlaħaq qbil u li jkun hemm relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ naħat wara l-Brexit ...
Read More

IRIDU JĠEDDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

L-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, id-Danimarka u n-Norveġja jridu jġeddu d-dritt li jwettqu l-kontrolli  fuq il-fruntieri minkejja li qegħdin fiż-żona Schengen. Dawn ...
Read More

TLIET PRIJORITAJIET TA’ MOSCOVICI FIT-TASSAZZJONI

It-Tassazzjoni hija l-prijorita` tal-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Pierre Moscovici meta f’Ottubru l-Kummissarju se jippreżenta pjan dwar il-VAT bi tliet ...
Read More

BATTIBEKKI DWAR IT-TURKIJA

Angela Merkel taqbel li għandhom jieqfu n-negozjati tad-dħul tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea. Ir-relazzjonijiet tat-Turkija u l-UE u tat-Turkija mal-Ġermanja iddeterjoraw sewwa ...
Read More

IS-SOĊJAL-DEMOKRATIĊI JĦEJJU GĦALL-2019

Il-mexxejja soċjal-demokratiċi tal-Ewropa se jiddibattu ideat biex iġeddu s-soċjaliżmu fl-Ewropa, flimkien mas-soċjeta` ċivili u akkademiċi fit-18 u 19 ta’ Ottubru ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment