Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant saħaq dwar il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tikkonsolida l-kisbiet tagħha biex tnaqqas u twitti d-diverġenzi li nħolqu bejn iż-żoni differenti tal-Unjoni.

“Il-messaġġ dwar l-Istat tal-Unjoni ta’ din is-sena ta ħarsa lura. Ippreżenta l-programm ta’ attivitajiet li l-Kummissjoni għadha trid timplimenta sal-aħħar tal-mandat tagħha filwaqt li ngħataw ukoll linji gwida strateġiċi għall-kumplament tal-iżvilupp tal-Unjoni anki wara li jiskadi l-mandat.

Mill-frustrazzjoni u d-diżappunt ta’ sena ilu, b’kuntrast issa morna għal diskors ta’ ottimiżmu kbir. Dan qed iwassal għal kontradizzjonijiet hekk kif il-ħolma ta’ aktar integrazzjoni Ewropea qed jerġgħu jitilgħu fil-wiċċ.

Fuq naħa, hemm il-ħsieb li l-proġett Ewropew irid ikun aktar demokratizzat u mressaq aktar lejn in-nies. Fuq in-naħa l-oħra, is-suġġerimenti dwar aktar għaqda, li trid tiġi implimentata taħt il-kappa ta’ estenzjoni tar-regoli li diġa` jeżistu u tal-“Community method”.

Il-prijorita` li niżguraw konsolidament permezz ta’ għodda politiċi u li nnaqqsu d-diverġenzi kbar li jeżistu bejn żoni differenti tal-Unjoni, aktarx se tintilef. Hekk ġara fil-passat; hekk jista’ jiġri issa. Integrazzjoni fiż-żmien attwali se toħloq realtajiet ġodda li l-mekkaniżmi politiċi u ekonomiċi m’humiex tajbin biżżejjed biex isolvu. Ma għandniex inħallu riżultat tajjeb jiddevjana mill-ħtieġa strateġika li nikkonsolidaw. Inkella, l-passat jerġa’ jirrepeti ruħu.” qal Dr Sant meta ikkummenta dwar id-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni.

RYANAIR TĦARBAT TITJIRIET TA’ 400,000 PASSIĠĠIER

RYANAIR qalet li ma kinitx se tibbukkja titjiriet ġodda ma’ linji oħra tal-ajru għall-passiġġiera li ntlaqtu minn kanċellazzjonijiet ta’ 50 ...
Read More

FEJN SEJRA L-EWROPA?

Fid-diskors dwar l-istat tal-Unjoni indirizzat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker tfasslu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea għaż-żmien li ġej. Juncker ...
Read More

INSAĦĦU L-KISBIET U NWITTU D-DIVERĠENZI  FL-EWROPA

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant saħaq dwar il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tikkonsolida l-kisbiet tagħha biex tnaqqas u twitti d-diverġenzi li nħolqu ...
Read More

L-UE U R-RENJU UNIT JEĦTIEĠU RELAZZJONIJIET TAJBIN WARA L-BREXIT

Huwa fl-interess tal-UE u tar-Renju Unit li jintlaħaq qbil u li jkun hemm relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ naħat wara l-Brexit ...
Read More

IRIDU JĠEDDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

L-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, id-Danimarka u n-Norveġja jridu jġeddu d-dritt li jwettqu l-kontrolli  fuq il-fruntieri minkejja li qegħdin fiż-żona Schengen. Dawn ...
Read More

TLIET PRIJORITAJIET TA’ MOSCOVICI FIT-TASSAZZJONI

It-Tassazzjoni hija l-prijorita` tal-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Pierre Moscovici meta f’Ottubru l-Kummissarju se jippreżenta pjan dwar il-VAT bi tliet ...
Read More

BATTIBEKKI DWAR IT-TURKIJA

Angela Merkel taqbel li għandhom jieqfu n-negozjati tad-dħul tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea. Ir-relazzjonijiet tat-Turkija u l-UE u tat-Turkija mal-Ġermanja iddeterjoraw sewwa ...
Read More

IS-SOĊJAL-DEMOKRATIĊI JĦEJJU GĦALL-2019

Il-mexxejja soċjal-demokratiċi tal-Ewropa se jiddibattu ideat biex iġeddu s-soċjaliżmu fl-Ewropa, flimkien mas-soċjeta` ċivili u akkademiċi fit-18 u 19 ta’ Ottubru ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment