L-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, id-Danimarka u n-Norveġja jridu jġeddu d-dritt li jwettqu l-kontrolli  fuq il-fruntieri minkejja li qegħdin fiż-żona Schengen. Dawn il-pajjiżi jixtiequ li dan id-dritt jitwal għal bejn sentejn u erba’ snin.

Fil-qofol tal-kriżi tal-immigrazzjoni f’Settembru tal-2015, il-Ġermanja, l-Awstrija, id-Danimarka, l-Isvezja u n-Norveġja (li mhux membru sħiħ tal-UE) bdew jikkontrollaw il-fruntieri interni f’pajjiżhom. F’Mejju li għadda dawn il-pajjiżi kienu awtorizzati biex iġeddu l-kontrolli sa nofs ix-xahar ta’ Novembru.

Franza daħħlet lura l-kontrolli fuq il-fruntieri f’Novembru tal-2015 minħabba t-theddida tat-terroriżmu.

It-theddida tat-terroriżmu issa qed tkun raġuni biżżejjed biex jibqgħu jsiru l-kontrolli fuq il-fruntieri.

Skont il-kodiċi ta’ Schengen il-kontrolli fuq il-fruntieri interni jistgħu jsiru f’ċirkostanzi speċjali u għal perijodu ta’ sitt xhur. Jistgħu jiġġeddu sitt xhur, sitt xhur, sa massimu ta’ sentejn. Dawn is-sentejn issa waslu biex jiskadu.

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tiddeċiedi dwar din it-talba sal-aħħar ta’ Settembru.

RYANAIR TĦARBAT TITJIRIET TA’ 400,000 PASSIĠĠIER

RYANAIR qalet li ma kinitx se tibbukkja titjiriet ġodda ma’ linji oħra tal-ajru għall-passiġġiera li ntlaqtu minn kanċellazzjonijiet ta’ 50 ...
Read More

FEJN SEJRA L-EWROPA?

Fid-diskors dwar l-istat tal-Unjoni indirizzat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker tfasslu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea għaż-żmien li ġej. Juncker ...
Read More

INSAĦĦU L-KISBIET U NWITTU D-DIVERĠENZI  FL-EWROPA

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant saħaq dwar il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tikkonsolida l-kisbiet tagħha biex tnaqqas u twitti d-diverġenzi li nħolqu ...
Read More

L-UE U R-RENJU UNIT JEĦTIEĠU RELAZZJONIJIET TAJBIN WARA L-BREXIT

Huwa fl-interess tal-UE u tar-Renju Unit li jintlaħaq qbil u li jkun hemm relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ naħat wara l-Brexit ...
Read More

IRIDU JĠEDDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

L-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, id-Danimarka u n-Norveġja jridu jġeddu d-dritt li jwettqu l-kontrolli  fuq il-fruntieri minkejja li qegħdin fiż-żona Schengen. Dawn ...
Read More

TLIET PRIJORITAJIET TA’ MOSCOVICI FIT-TASSAZZJONI

It-Tassazzjoni hija l-prijorita` tal-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Pierre Moscovici meta f’Ottubru l-Kummissarju se jippreżenta pjan dwar il-VAT bi tliet ...
Read More

BATTIBEKKI DWAR IT-TURKIJA

Angela Merkel taqbel li għandhom jieqfu n-negozjati tad-dħul tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea. Ir-relazzjonijiet tat-Turkija u l-UE u tat-Turkija mal-Ġermanja iddeterjoraw sewwa ...
Read More

IS-SOĊJAL-DEMOKRATIĊI JĦEJJU GĦALL-2019

Il-mexxejja soċjal-demokratiċi tal-Ewropa se jiddibattu ideat biex iġeddu s-soċjaliżmu fl-Ewropa, flimkien mas-soċjeta` ċivili u akkademiċi fit-18 u 19 ta’ Ottubru ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment