It-Tassazzjoni hija l-prijorita` tal-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Pierre Moscovici meta f’Ottubru l-Kummissarju se jippreżenta pjan dwar il-VAT bi tliet prijoritajiet.

L-għan huwa li tinħoloq armonizzazzjoni tar-regoli tal-VAT sabiex fi kliemu “jinħoloq spazju wieħed bil-VAT u jkun żgurat li s-sistema tal-VAT taħdem bejn pajjiż membru ieħor l-istess kif taħdem fi ħdan l-istati membri nfushom.”

Il-Kummissarju beħsiebu jerġa’ jagħti s-saħħa lura lill-istati membri fuq rati mnaqqsa tal-VAT.

Prijorita` oħra għal Moscovici hija t-tassazzjoni tal-qasam diġitali.

“Ċertu kumpaniji, ibda minn Google, Amazon, Facebook u Apple, iħallsu ftit jew xejn taxxa fl-Ewropa, għax ma għandhomx kwartieri ġenerali jew ħwienet fuq art Ewropea minkejja li jagħmlu użu minnhom miljuni ta’ Ewropej. Iż-żmien tal-vaganzi fit-taxxi jieqaf hawn. Miljuni ta’ nies użaw booking.com biex jirriżervaw kamra f’lukanda. Booking.com taqla’ 20% fuq kull kirja u fuq dawn l-20% ħallset 0% taxxa. L-UE għalhekk bix-xieraq trid tagħmel avvanz fit-taxxa fuq il-preżenza diġitali tal-kumpaniji.”

L-aħħar prijorita` ta’ Moscovici se tkun l-iffinalizzar tal-lista ta’ ‘tax havens’  sal-aħħar ta’ din is-sena. Moscovici qal li qed jippretendi ambizzjoni mill-istati membri u mhux se jaċċetta lista limitata. Hu qal li jrid “lista aktar sħiħa u realistika minn dik eżistenti.”

 

RYANAIR TĦARBAT TITJIRIET TA’ 400,000 PASSIĠĠIER

RYANAIR qalet li ma kinitx se tibbukkja titjiriet ġodda ma’ linji oħra tal-ajru għall-passiġġiera li ntlaqtu minn kanċellazzjonijiet ta’ 50 ...
Read More

FEJN SEJRA L-EWROPA?

Fid-diskors dwar l-istat tal-Unjoni indirizzat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker tfasslu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea għaż-żmien li ġej. Juncker ...
Read More

INSAĦĦU L-KISBIET U NWITTU D-DIVERĠENZI  FL-EWROPA

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant saħaq dwar il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tikkonsolida l-kisbiet tagħha biex tnaqqas u twitti d-diverġenzi li nħolqu ...
Read More

L-UE U R-RENJU UNIT JEĦTIEĠU RELAZZJONIJIET TAJBIN WARA L-BREXIT

Huwa fl-interess tal-UE u tar-Renju Unit li jintlaħaq qbil u li jkun hemm relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ naħat wara l-Brexit ...
Read More

IRIDU JĠEDDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

L-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, id-Danimarka u n-Norveġja jridu jġeddu d-dritt li jwettqu l-kontrolli  fuq il-fruntieri minkejja li qegħdin fiż-żona Schengen. Dawn ...
Read More

TLIET PRIJORITAJIET TA’ MOSCOVICI FIT-TASSAZZJONI

It-Tassazzjoni hija l-prijorita` tal-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Pierre Moscovici meta f’Ottubru l-Kummissarju se jippreżenta pjan dwar il-VAT bi tliet ...
Read More

BATTIBEKKI DWAR IT-TURKIJA

Angela Merkel taqbel li għandhom jieqfu n-negozjati tad-dħul tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea. Ir-relazzjonijiet tat-Turkija u l-UE u tat-Turkija mal-Ġermanja iddeterjoraw sewwa ...
Read More

IS-SOĊJAL-DEMOKRATIĊI JĦEJJU GĦALL-2019

Il-mexxejja soċjal-demokratiċi tal-Ewropa se jiddibattu ideat biex iġeddu s-soċjaliżmu fl-Ewropa, flimkien mas-soċjeta` ċivili u akkademiċi fit-18 u 19 ta’ Ottubru ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment