Huwa fl-interess tal-UE u tar-Renju Unit li jintlaħaq qbil u li jkun hemm relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ naħat wara l-Brexit. Alfred Sant qal dan waqt intervista fi Brussell mal-ġurnalist Georg Von Harrach tal-istazzjon televiżiv Britanniku Channel 4 wara li kien żvelat il-pjan tal-gvern Britanniku dwar l-immigrazzjoni.
Dr Sant qal li t-ton tal-proposti Britanniċi se jwebbsu l-pożizzjoni ta’ ċertu stati membri, speċjalment dawk tal-Lvant tal-Ewropa, li fl-istadji bikrin kienu jkunu simpatetiċi ħafna għall-Brexit.
“Min-naħa l-oħra ż-żewġ partijiet għandhom x’jitilfu u x’jiggwadanjaw. Il-Ġermaniżi u l-Franċiżi għandhom jiggwadanjaw fis-servizzi finanzjarji li se jkunu qed jitilfu l-Britanniċi. Fil-qasam tal-kummerċ tal-oġġetti – iż-żewġ naħat għandhom x’jitilfu u x’jiggwadanjaw. Kull parti se tkun qed tagħmel il-kalkoli tagħha biex timxi ’l quddiem … Ir-Renju Unit se jipprova jieħu l-aħjar ftehim filwaqt li l-Ewropej se jirrestrinġu dan u jiksbu huma l-aħjar ftehim. Għalhekk f’dan l-istadju għad ma hemm xejn definit. Iż-żewġ naħat qed ifasslu l-punti ta’ negozjar fid-dettall. Se jkollhom joħorġu b’deċiżjonijiet li jirriflettu s-saħħa politika tagħhom.”
“Bħala eks-Prim Ministru, x’taħseb mit-tattiċi Britanniċi fin-negozjati sa issa?” staqsa l-ġurnalist ta’ Channel 4 lil Dr Sant.
“Ifakkruni fit-tattiċi li kienet tuża Malta fis-snin sebgħin mal-Britanniċi fuq l-użu ta’ bażi militari fuq il-Gżira. Tibda minn pożizzjoni b’saħħitha u kull ma jmur tinnegozja.” qal Dr Sant.
Tista’ ssegwi l-intervista fuq din il-link:
https://www.youtube.com/watch?v=0zY9QBHp5_Y&feature=youtu.be
RYANAIR TĦARBAT TITJIRIET TA’ 400,000 PASSIĠĠIER
Read MoreFEJN SEJRA L-EWROPA?
Read MoreINSAĦĦU L-KISBIET U NWITTU D-DIVERĠENZI FL-EWROPA
Read MoreL-UE U R-RENJU UNIT JEĦTIEĠU RELAZZJONIJIET TAJBIN WARA L-BREXIT
Read MoreIRIDU JĠEDDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI
Read MoreTLIET PRIJORITAJIET TA’ MOSCOVICI FIT-TASSAZZJONI
Read MoreBATTIBEKKI DWAR IT-TURKIJA
Read MoreIS-SOĊJAL-DEMOKRATIĊI JĦEJJU GĦALL-2019
Read More
Post a comment