Wieħed ma jistax jittollera diskriminazzjoni pubblika u diskors ta’ mibegħda fl-UE kontra ċittadini LGBTIQ u minoranzi oħra u huwa saħansitra iktar inaċċettabbli li diskriminazzjoni u inġustizzja bħal din qed tiġi stabbilita f’liġi nazzjonali bħal fl-Ungerija, qal Alfred Sant fil-Parlament Ewropew.

Filwaqt li vvota favur riżoluzzjoni dwar “Ksur tal-liġi tal-UE u tad-drittijiet taċ-ċittadini LGBTIQ fl-Ungerija bħala riżultat tal-bidliet legali adottati fil-Parlament Ungeriż”, Alfred Sant qal lill-plenarja tal-Parlament Ewropew li l-liġi l-ġdida tirrestrinġi sfaċċatament drittijiet u libertajiet ta’ persuni LGBTIQ, kif ukoll drittijiet tat-tfal.

“Il-kwistjonijiet involuti jmorru lil hinn mill-kunsiderazzjonijiet u l-proċeduri legali relatati mal-Artikolu 7, li fil-passat kienu soġġetti għal manipulazzjoni partiġġjana. Huma relatati mal-valuri tad-drittijiet tal-bniedem kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat tal-UE. Dwar dawn, ma jistax ikun hemm kompromess ”, qal Alfred Sant.

“Taħt l-iskuża li ‘tipproteġi lit-tfal minn informazzjoni li tippromwovi ċaħda tal-valuri tradizzjonali tal-familja’, gvern fl-Unjoni Ewropea qed jiddiskrimina bejn iċ-ċittadini fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom”.

“Il-liġi l-ġdida, apposta vaga, se toħloq kuntest li fih persuni LGBTIQ se jħossuhom mhedda, mhux protetti u fejn jistgħu jkunu permessi attakki omofobiċi. B’dan il-mod, naslu għail-faxxiżmu”.

Alfred Sant kompla jiddeskrivi l-leġiżlazzjoni l-ġdida fl-Ungerija bħala tal-għajb u qal li gvern demokratiku elett li jirrispetta l-valuri Ewropej għandu jipproteġi ugwalment lil kull ċittadin mingħajr ebda diskriminazzjoni.


Hate speech against LGBTI cannot be tolerated

One cannot tolerate public discrimination and hate speech in the EU against LGBTI citizens and other minorities and it is even more unacceptable that such discrimination and injustice is being set into a national law, as in Hungary, Alfred Sant stated in the European Parliament.

While voting in favour of a resolution on “Breaches of EU law and of the rights of LGBTIQ citizens in Hungary as a result of the adopted legal changes in the Hungarian Parliament”, Alfred Sant told the European Parliament plenary that the new law blatantly restricts the rights and freedoms of LGBTIQ persons, as well as children’s rights.

“The issues at stake go beyond considerations and legal procedures related to Article 7, which have in the past been subject to partisan manipulation. They relate to human rights values as enshrined in Article 2 of the Treaty of the EU. About these, there can be no compromise”, Alfred Sant said.

“Under the guise of ‘protecting children from information advocating for a denial of traditional family values’, a government in the European Union is discriminating between citizens on the basis of their sexual orientation”.

“The new law, purposely vague, will create a context in which LGBTIQ people will feel threatened, unprotected and where homophobic attacks could be allowed. This way, fascism beckons.”

Alfred Sant went on to describe the new legislation in Hungary as disgraceful and said that an elected democratic government respectful of European values should equally protect each citizen without any discrimination.

 

[pt_view id=”8554c3bo9c”]

Facebook Comments

Post a comment