Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan huwa favur sħubija sħiħa fl-UE u qal li t-Turkija mhux kuntenta b’għażliet differenti. Erdogan akkuża lill-UE li ibblokkat in-negozjati u qed timplika li n-nuqqas ta’ progress huwa tort tat-Turkija.

“Dan huwa inġust – kif inhu inġust li ċerti pajjiżi fl-UE qed joħolqu għażliet oħra għalina differenti mis-sħubija sħiħa. L-UE għandha “iżżomm mal-wegħdi” li għamlet lit-Turkija,” qal Erdogan.

L-Ambaxxatur Tork għall-UE Faruk Kaymakci qal li t-Turkija għadha bil-mira li ssir membru sħiħ. Kaymakci qal li ‘partnership’ privileġġjat mal-UE ma jkunx ġust għal pajjiżu.

“Proposta bħal din tkun immorali u indiċenti għat-Turkija.”

Kaymakci qal li s-sħubija sħiħa tat-Turkija hija kkomplikata, iżda “mingħajr ma nneħħu xejn mis-sħubija ta’ pajjiżi oħra, meta t-Turkija ssir membru tal-UE, il-kontribuzzjoni tagħha mhux se tkun l-istess bħas-sħubija ta’ pajjiżi oħra.”

L-Ambaxxatur Tork qal li huwa ottimist għas-summit bejn l-UE u t-Turkija f’Marzu li ġej fi Brussell jew Varna fil-Bulgarija. Dan is-summit jista’ joffri l-opportunita` li jkunu diskussi r-relazzjonijiet bilaterali u fih l-UE tista’ tapprova t-tieni ħlas mit-€3 biljuni mwiegħda lil Ankara fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

Għalkemm il-Presidenza tal-Bulgarija tista’ taġevola d-djalogu bejn l-UE u t-Turkija, f’Lulju ta’ din is-sena l-affarijiet jistgħu jikkomplikaw ruħhom meta tibda l-Presidenza tal-Awstrija. Il-Kanċillier tal-Awstrija Sebastian Kurz hu kontra li jitkomplew in-negozjati tas-sħubija mat-Turkija.

 

TAĦT IL-LENTI L-ELEZZJONIJIET FL-ITALJA

Il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni qal li mill-elezzjonijiet Taljani tal-4 ta’ Marzu jistenna li joħroġ gvern stabbli, dan minkejja li ...
Read More

ERDOGAN : “L-UE GĦANDHA ŻŻOMM IL-KELMA TAGĦHA”

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan huwa favur sħubija sħiħa fl-UE u qal li t-Turkija mhux kuntenta b’għażliet differenti. Erdogan akkuża ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA FAVUR PRIJORITAJIET ĠODDA

Il-Kummissjoni Ewropea hija favur prijoritajiet politiċi ġodda għall-qafas finanzjarju ta’ bejn is-sena 2021 u s-sena 2027. Il-Kummissjoni qed tipproponi tnaqqis ...
Read More

MALTA GĦANDHA TKUN KAWTA F’INIZJATTIVI POLITIĊI ĠODDA FIŻ-ŻONA EWRO

Bħala riċevitur tal-politika taż-żona ewro, Malta ma għandhiex triq oħra ħlief dik li tkun kawta f’inizjattivi politiċi ġodda maħsuba għaż-żona ...
Read More

MOGHERINI: IN-NATO TIBQA’ IL-BAŻI TAD-DIFIŻA EWROPEA

Ir-Rappreżentanta tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini kkonfermat li n-Nato hija l-pedament għad-difiża kollettiva tal-UE. Mogherini aċċertat lin-Nato u l-alleati tagħha ...
Read More

BIEX IL-BANK MALTI TAL-IŻVILUPP JEĦLES MINN PIŻIJIET ŻEJDA

Alfred Sant talab lill-Kummissjoni Ewropea biex teżenta lill-Bank Malti tal-Iżvilupp minn  piżijiet amministrattivi u spejjeż żejda. Il-Bank Malti tal-Iżvilupp twaqqaf ...
Read More

L-AKBAR TKABBIR EKONOMIKU F’GĦAXAR SNIN

Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea kkonfermaw tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE fl-2017, b’rata ta’ tkabbir ta’ 2.4% tal-Prodott Gross Domestiku, kemm ...
Read More

M’HEMM ĦADD BĦAL ROBERT SCHUMAN FOST IL-MEXXEJJA EWROPEJ

Ir-Russja u l-Ewropa għandhom bżonn Robert Schuman ġdid biex jinnormalizza r-relazzjonijiet ta’ bejniethom. Dan qalu Konstantin Kosachev, il-Kap tal-Kumitat tal-Affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Comments are closed.