Ir-Rappreżentanta tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini kkonfermat li n-Nato hija l-pedament għad-difiża kollettiva tal-UE.

Mogherini aċċertat lin-Nato u l-alleati tagħha li n-Nato se tibqa’ l-bażi tad-difiża kollettiva tal-UE. Mogherini qalet li din hija miktuba iswed fuq l-abjad fit-Trattati tal-UE u ma hemmx ħtieġa ta’ spekulazzjoni.

“Il-progress li qed isir fil-politika komuni ta’ difiża Ewropea mhux qed isir bl-għan li jieħu post in-Nato.” qalet Mogherini.

Mogherini qalet li l-alleati li mhumiex fl-UE, li jinkludu s-Segretarju Għad-Difiża tal-Istat Amerikan, James Mattis, u s-Segretarju Ġenerali tan-Nato Jens Stoltenberg għarfu li bix-xogħol li l-UE tagħmel biex issaħħaħ id-difiża, tissaħħaħ ukoll l-alleanza.

Aktar kmieni dan ix-xahar Mattis ħabbar li hemm qbil ċar biex fid-dokument tal-UE jkun hemm referenza għal fatt li d-difiża komuni hija missjoni tan-Nato u tan-Nato biss.

Malta, id-Danimarka u r-Renju Unit ma ffirmawx il-pjan ta’ difiża tal-UE.

TAĦT IL-LENTI L-ELEZZJONIJIET FL-ITALJA

Il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni qal li mill-elezzjonijiet Taljani tal-4 ta’ Marzu jistenna li joħroġ gvern stabbli, dan minkejja li ...
Read More

ERDOGAN : “L-UE GĦANDHA ŻŻOMM IL-KELMA TAGĦHA”

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan huwa favur sħubija sħiħa fl-UE u qal li t-Turkija mhux kuntenta b’għażliet differenti. Erdogan akkuża ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA FAVUR PRIJORITAJIET ĠODDA

Il-Kummissjoni Ewropea hija favur prijoritajiet politiċi ġodda għall-qafas finanzjarju ta’ bejn is-sena 2021 u s-sena 2027. Il-Kummissjoni qed tipproponi tnaqqis ...
Read More

MALTA GĦANDHA TKUN KAWTA F’INIZJATTIVI POLITIĊI ĠODDA FIŻ-ŻONA EWRO

Bħala riċevitur tal-politika taż-żona ewro, Malta ma għandhiex triq oħra ħlief dik li tkun kawta f’inizjattivi politiċi ġodda maħsuba għaż-żona ...
Read More

MOGHERINI: IN-NATO TIBQA’ IL-BAŻI TAD-DIFIŻA EWROPEA

Ir-Rappreżentanta tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini kkonfermat li n-Nato hija l-pedament għad-difiża kollettiva tal-UE. Mogherini aċċertat lin-Nato u l-alleati tagħha ...
Read More

BIEX IL-BANK MALTI TAL-IŻVILUPP JEĦLES MINN PIŻIJIET ŻEJDA

Alfred Sant talab lill-Kummissjoni Ewropea biex teżenta lill-Bank Malti tal-Iżvilupp minn  piżijiet amministrattivi u spejjeż żejda. Il-Bank Malti tal-Iżvilupp twaqqaf ...
Read More

L-AKBAR TKABBIR EKONOMIKU F’GĦAXAR SNIN

Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea kkonfermaw tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE fl-2017, b’rata ta’ tkabbir ta’ 2.4% tal-Prodott Gross Domestiku, kemm ...
Read More

M’HEMM ĦADD BĦAL ROBERT SCHUMAN FOST IL-MEXXEJJA EWROPEJ

Ir-Russja u l-Ewropa għandhom bżonn Robert Schuman ġdid biex jinnormalizza r-relazzjonijiet ta’ bejniethom. Dan qalu Konstantin Kosachev, il-Kap tal-Kumitat tal-Affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment