Ir-Russja u l-Ewropa għandhom bżonn Robert Schuman ġdid biex jinnormalizza r-relazzjonijiet ta’ bejniethom. Dan qalu Konstantin Kosachev, il-Kap tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Kunsill tal-Federazzjoni Russa f’Konferenza dwar is-sigurta` f’Munich. Robert Schuman, il-fundatur ta’ dik li llum hija l-UE  f’moħħu kellu l-għan li jnissel il-paċi fl-Ewropa.

“Għandna bżonn Robert Schuman ġdid, li jgħaqqad lil Franza u lil Ġermanja, biex jgħaqqad lil Ewropa. Fil-mexxejja kollha tal-UE bħalissa ma hemm ħadd bħalu”, qal Kosachev.

Konstantin Kosachev ikkritika d-dehra li qed tinfirex dwar ir-Russja u l-UE dwar il-politika tal-viċinat. “Ma naċċettax l-idea li r-Russja qed tħasseb lil ġirien tagħha u l-UE qisha mingħajr tebgħa u delikata. Aħna qegħdin f’kompetizzjoni”, qal Kosachev filwaqt li saħaq li din is-sitwazzjoni ma togħġbu xejn.

Il-Kummissarju  Ewropew tal-Viċinat Johannes Hahn qal li l-UE tixtieq li flimkien mar-Russja ssib oqsma fejn iż-żewġ naħat jistgħu jikkooperaw flimkien ekonomikament.

“Ma aħniex f’kompetizzjoni mar-Russja fil-qasam ekonomiku. Hemm ħafna attivitajiet xi jsiru f’dan il-qasam. Għandhom jiġu eżaminati. Il-bibien huma miftuħin.” qal Johannes Hahn

Hahn qal li l-UE hija interessata f’kull tip ta’ kooperazzjoni u mhux qed tipprova tkabbar it-territorju tagħha iżda qed tipprova tfassal relazzjonijiet tajbin mal-ġirien tagħha.

L-UE implimentat ħafna sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja b’rabta mal-kunflitt fl-Ukraina tal-Lvant u l-anniħilazzjoni tal-Krimea.

TAĦT IL-LENTI L-ELEZZJONIJIET FL-ITALJA

Il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni qal li mill-elezzjonijiet Taljani tal-4 ta’ Marzu jistenna li joħroġ gvern stabbli, dan minkejja li ...
Read More

ERDOGAN : “L-UE GĦANDHA ŻŻOMM IL-KELMA TAGĦHA”

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan huwa favur sħubija sħiħa fl-UE u qal li t-Turkija mhux kuntenta b’għażliet differenti. Erdogan akkuża ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA FAVUR PRIJORITAJIET ĠODDA

Il-Kummissjoni Ewropea hija favur prijoritajiet politiċi ġodda għall-qafas finanzjarju ta’ bejn is-sena 2021 u s-sena 2027. Il-Kummissjoni qed tipproponi tnaqqis ...
Read More

MALTA GĦANDHA TKUN KAWTA F’INIZJATTIVI POLITIĊI ĠODDA FIŻ-ŻONA EWRO

Bħala riċevitur tal-politika taż-żona ewro, Malta ma għandhiex triq oħra ħlief dik li tkun kawta f’inizjattivi politiċi ġodda maħsuba għaż-żona ...
Read More

MOGHERINI: IN-NATO TIBQA’ IL-BAŻI TAD-DIFIŻA EWROPEA

Ir-Rappreżentanta tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini kkonfermat li n-Nato hija l-pedament għad-difiża kollettiva tal-UE. Mogherini aċċertat lin-Nato u l-alleati tagħha ...
Read More

BIEX IL-BANK MALTI TAL-IŻVILUPP JEĦLES MINN PIŻIJIET ŻEJDA

Alfred Sant talab lill-Kummissjoni Ewropea biex teżenta lill-Bank Malti tal-Iżvilupp minn  piżijiet amministrattivi u spejjeż żejda. Il-Bank Malti tal-Iżvilupp twaqqaf ...
Read More

L-AKBAR TKABBIR EKONOMIKU F’GĦAXAR SNIN

Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea kkonfermaw tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE fl-2017, b’rata ta’ tkabbir ta’ 2.4% tal-Prodott Gross Domestiku, kemm ...
Read More

M’HEMM ĦADD BĦAL ROBERT SCHUMAN FOST IL-MEXXEJJA EWROPEJ

Ir-Russja u l-Ewropa għandhom bżonn Robert Schuman ġdid biex jinnormalizza r-relazzjonijiet ta’ bejniethom. Dan qalu Konstantin Kosachev, il-Kap tal-Kumitat tal-Affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment