Bħala riċevitur tal-politika taż-żona ewro, Malta ma għandhiex triq oħra ħlief dik li tkun kawta f’inizjattivi politiċi ġodda maħsuba għaż-żona ewro. Dawn l-inizjattivi fil-futur jistgħu jservu biex jenfasizzaw aktar ir-rwol ta’ riċevitur, filwaqt li jnaqqsu l-azzjonijiet awtonomi li jirriflettu ċ-ċirkostanzi speċjali tal-gżejjer Maltin, qal Alfred Sant dwar l-esperjenza ta’ Malta fiż-żona ewro organizzata mill-Istitut Malti tal-Management f’San Ġiljan

“Fi ħdan iż-żona ewro, Malta tista’ biss iġġarrab u mhux tfassal il-politika. Nemmen li ma tantx aħna aħjar miż-żmien meta konna parti integrali miż-żona tal-isterlina sa snin wara l-Indipendenza. Dan ma jfissirx li aħna pparalizzati meta naffaċċjaw l-għażliet li se jiġu fuqna. Ifisser li s-suċċess ekonomiku tagħna se jiddependi minn kemm se ninterpretaw tajjeb is-sitwazzjonijiet li se jinħolqu u kemm se jirnexxielna nbassru dak li se jseħħ b’mod korrett fi ħdan l-istrutturi li fihom jittieħdu d-deċiżjonijiet fiż-żona ewro.”

Dr Sant qal li jaqbel li l-Mekkaniżmu ta’ Stabilita` Ewropea jinbidel f’għamla ta’ Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) għall-Ewropa. Dal-Fond jista’ jintuża flok l-Awtorita` li tissorvelja r-riżoluzzjoni tal-banek Ewropej.

Dr Sant tkellem kontra l-idea ta’ ministru tal-finanzi għaż-żona ewro bil-baġit tiegħu.

L-Ewroparlamentari qal li unjoni bankarja fi ħdan iż-żona ewro għandha tinkludi malajr skema ta’ depożitu tal-assigurazzjoni fuq skala Ewropea. Iżda qal li se jipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar għandux il-baġit tal-UE ikollu linja ta’ dħul u infiq li tkopri ż-żona ewro.

Dr Sant qal li għaxar snin ilu kien jemmen li kien ikun aktar prudenti li nassorbu l-konsegwenzi kollha tad-dħul fl-UE qabel ma’ nipprovaw nidħlu fiż-żona ewro. Pajjiżi bħall-Isvezja, Polonja u Ungerija għadhom jemmnu dan.

“La l-gvern ta’ dak iż-żmien kien determinat li jingħaqad maż-żona ewro, ma kienx jagħmel sens nikkontestaw din id-deċiżjoni u noħolqu tensjonijiet ġodda meta l-ekonomija diġa` kellha l-ħtieġa li tadatta għar-regoli kollha tal-UE.” qal Dr Sant.

 

TAĦT IL-LENTI L-ELEZZJONIJIET FL-ITALJA

Il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni qal li mill-elezzjonijiet Taljani tal-4 ta’ Marzu jistenna li joħroġ gvern stabbli, dan minkejja li ...
Read More

ERDOGAN : “L-UE GĦANDHA ŻŻOMM IL-KELMA TAGĦHA”

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan huwa favur sħubija sħiħa fl-UE u qal li t-Turkija mhux kuntenta b’għażliet differenti. Erdogan akkuża ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA FAVUR PRIJORITAJIET ĠODDA

Il-Kummissjoni Ewropea hija favur prijoritajiet politiċi ġodda għall-qafas finanzjarju ta’ bejn is-sena 2021 u s-sena 2027. Il-Kummissjoni qed tipproponi tnaqqis ...
Read More

MALTA GĦANDHA TKUN KAWTA F’INIZJATTIVI POLITIĊI ĠODDA FIŻ-ŻONA EWRO

Bħala riċevitur tal-politika taż-żona ewro, Malta ma għandhiex triq oħra ħlief dik li tkun kawta f’inizjattivi politiċi ġodda maħsuba għaż-żona ...
Read More

MOGHERINI: IN-NATO TIBQA’ IL-BAŻI TAD-DIFIŻA EWROPEA

Ir-Rappreżentanta tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini kkonfermat li n-Nato hija l-pedament għad-difiża kollettiva tal-UE. Mogherini aċċertat lin-Nato u l-alleati tagħha ...
Read More

BIEX IL-BANK MALTI TAL-IŻVILUPP JEĦLES MINN PIŻIJIET ŻEJDA

Alfred Sant talab lill-Kummissjoni Ewropea biex teżenta lill-Bank Malti tal-Iżvilupp minn  piżijiet amministrattivi u spejjeż żejda. Il-Bank Malti tal-Iżvilupp twaqqaf ...
Read More

L-AKBAR TKABBIR EKONOMIKU F’GĦAXAR SNIN

Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea kkonfermaw tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE fl-2017, b’rata ta’ tkabbir ta’ 2.4% tal-Prodott Gross Domestiku, kemm ...
Read More

M’HEMM ĦADD BĦAL ROBERT SCHUMAN FOST IL-MEXXEJJA EWROPEJ

Ir-Russja u l-Ewropa għandhom bżonn Robert Schuman ġdid biex jinnormalizza r-relazzjonijiet ta’ bejniethom. Dan qalu Konstantin Kosachev, il-Kap tal-Kumitat tal-Affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment