Alfred Sant talab lill-Kummissjoni Ewropea biex teżenta lill-Bank Malti tal-Iżvilupp minn  piżijiet amministrattivi u spejjeż żejda. Il-Bank Malti tal-Iżvilupp twaqqaf dan l-aħħar mill-Gvern biex iservi bħala istituzzjoni finanzjarja meta l-banek kummerċjali privati jonqsu mill-finanzjament, jew meta jkunu disponibbli għal finanzjament iżda ma joffrux it-termini normali tas-suq.

Dr Sant ippreżenta l-emenda lil Kummissjoni Ewropea għad-Direttiva tal-UE dwar entitajiet eżentati, kumpaniji finanzjarji varji, rimunerazzjoni, miżuri superviżorji u miżuri għall-ħarsien tal-kapital.

Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti tagħha għall-emenda dwar id-Direttiva tar-Rekwiżiti Kapitali f’Diċembru 2016, biex tiżgura li l-qafas regolatorju attwali jiġi applikat b’mod aktar proporzjonat, u għalhekk, uħud mir-rekwiżiti ta’ rapportaġġ u rekwiżiti kumplessi oħra relatati mal-kummerċ ma jkunux ta’ piż għal xi istituzzjonijiet finanzjarji, biex ma titnaqqsilhomx il-kapaċita` tagħhom li jiffinanzjaw l-ekonomija. Din l-emenda eżentat istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Kroazja u fl-Olanda mill-applikazzjoni minn spejjeż amministrattivi żejda. Il-Bank Malti tal-Iżvilupp ma kienx inkluż fl-emenda għax kien għadu ma twaqqafx.

Eżentazzjonijiet ġodda ta’ dan it-tip jistgħu jsiru biss b’mod individwali għal tip ta’ banek bħal dawk tal-iżvilupp pubbliku jew għas-settur sħiħ tal-kreditu ta’ stat membru.

TAĦT IL-LENTI L-ELEZZJONIJIET FL-ITALJA

Il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni qal li mill-elezzjonijiet Taljani tal-4 ta’ Marzu jistenna li joħroġ gvern stabbli, dan minkejja li ...
Read More

ERDOGAN : “L-UE GĦANDHA ŻŻOMM IL-KELMA TAGĦHA”

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan huwa favur sħubija sħiħa fl-UE u qal li t-Turkija mhux kuntenta b’għażliet differenti. Erdogan akkuża ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA FAVUR PRIJORITAJIET ĠODDA

Il-Kummissjoni Ewropea hija favur prijoritajiet politiċi ġodda għall-qafas finanzjarju ta’ bejn is-sena 2021 u s-sena 2027. Il-Kummissjoni qed tipproponi tnaqqis ...
Read More

MALTA GĦANDHA TKUN KAWTA F’INIZJATTIVI POLITIĊI ĠODDA FIŻ-ŻONA EWRO

Bħala riċevitur tal-politika taż-żona ewro, Malta ma għandhiex triq oħra ħlief dik li tkun kawta f’inizjattivi politiċi ġodda maħsuba għaż-żona ...
Read More

MOGHERINI: IN-NATO TIBQA’ IL-BAŻI TAD-DIFIŻA EWROPEA

Ir-Rappreżentanta tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini kkonfermat li n-Nato hija l-pedament għad-difiża kollettiva tal-UE. Mogherini aċċertat lin-Nato u l-alleati tagħha ...
Read More

BIEX IL-BANK MALTI TAL-IŻVILUPP JEĦLES MINN PIŻIJIET ŻEJDA

Alfred Sant talab lill-Kummissjoni Ewropea biex teżenta lill-Bank Malti tal-Iżvilupp minn  piżijiet amministrattivi u spejjeż żejda. Il-Bank Malti tal-Iżvilupp twaqqaf ...
Read More

L-AKBAR TKABBIR EKONOMIKU F’GĦAXAR SNIN

Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea kkonfermaw tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE fl-2017, b’rata ta’ tkabbir ta’ 2.4% tal-Prodott Gross Domestiku, kemm ...
Read More

M’HEMM ĦADD BĦAL ROBERT SCHUMAN FOST IL-MEXXEJJA EWROPEJ

Ir-Russja u l-Ewropa għandhom bżonn Robert Schuman ġdid biex jinnormalizza r-relazzjonijiet ta’ bejniethom. Dan qalu Konstantin Kosachev, il-Kap tal-Kumitat tal-Affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment