Alfred Sant qal li rridu niżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew fil-ħames snin li ġejjin ikunu ta’ benefiċċju għal Għawdex daqs kemm ikunu ta’ ġid għall-pajjiżi l-kbar tal-UE.  Irridu nisfruttaw l-iżviluppi ġodda fit-teknoloġija diġitali biex niftħu twieqi ġodda ta’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ Għawdxin f’Għawdex bl-għodod diplomatiċi, ekonomiċi, soċjali kollha u bl-għajnuna diretta tal-Gvern Malti. B’hekk inkunu qed nilqgħu għall-iżvantaġġi tal-insularita` doppja ta’ Għawdex.  Kull opportunita` ta’ ġid għal Għawdex fl-Ewropa rridu nsarrfuha biex noħolqu l-ġid f’Għawdex.

Fl-Imġarr Għawdex Alfred Sant qal li prijorita`  ewlenija hija li nħarsu l-identita` ambjentali ta’ Għawdex waqt li ninkoraġġixxu u ngħinu inizjattivi taż-żgħażagħ Għawdxin biex jipproduċu prodotti Għawdxin.

Alfred Sant qal li huwa fiduċjuż li l-Gvern Malti se jinnegozja favur fondi għal Għawdex għall-Budget il-ġdid tal-UE u li se jinvoka miżuri ġodda li jkomplu jistimulaw l-ekonomija Għawdxija.”

Is-Sur Manuel Cuschieri qal li fil-Parlament Ewropew, Għawdex għandu bżonn vuċi soda li twassal xi jħossu u jixtiequ l-Għawdxin. Għawdex għandu bżonn politiċi ta’ esperjenza u ippreparati biżżejjed biex iġibu l-aqwa vantaġġi għal Għawdex u jtaffulna d-deċiżjonijiet negattivi li jistgħu jkunu ta’ detriment għal Għawdex. Manuel Cuschieri qal li persuna li tista’ tagħmel dan kollu f’isem Għawdex huwa Alfred Sant.

Il-Konferenza tmexxiet minn Dr Christian Zammit.

INKWIET GĦALL-BOEING 737

It-tip ta’ ajruplan Boeing 737 kien involut f’żewġ inċidenti fatali f’dawn l-aħħar ħames xhur. L-aħħar traġedja seħħet meta t-titjira 302 ...
Read More

FL-INTERESS TA’ GĦAWDEX DAQS TAL-PAJJIŻI L-KBAR

Alfred Sant qal li rridu niżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew fil-ħames snin li ġejjin ikunu ta’ benefiċċju għal ...
Read More

IL-GWU FAVUR ŻJIEDA FIL-PAGA MINIMA FL-EWROPA

Il-GWU taqbel mal-proposta ta’ Alfred Sant li wasal iż-żmien li tiżdied il-paga minima fl-Ewropa. Delegazzjoni tal-GWU immexxija minn Josef Bugeja ...
Read More

IĊ-ĊINA ‘AVVERSARJU’ TAL-EWROPA

Iċ-Ċina qed tiġi kkonsidrata ‘avversarju’ mill-Kummissjoni Ewropea li qed thedded li tagħfas aktar fuq ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-investimenti fl-Ewropa ...
Read More

IT-TURKIJA TITBIEGĦED MIN-NATO

It-Turkija taħt Erdogan qiegħda titbiegħed kontinwament mill-Istati Uniti u in-NATO u tersaq aktar qrib ir-Russja. It-Turkija għadha membru tan-NATO imma ...
Read More

IR-RAĦĦALA JEĦTIEĠU APPOĠĠ SĦIĦ

Ir-raħħala Għawdxin u Maltin jeħtieġu appoġġ sħiħ mill-Gvern biex ikun żgurat ħidmiethom fil-produzzjoni tal-ħalib. Ir-raħħala qed jaffaċċjaw kompetizzjoni żbilanċjata minn ...
Read More

SPANJOLI ID F’ID MA’ ORBAN

Il-partit tal-lemin estrem Spanjol Vox irid jiddefendu l-Ewropa u n-nazzjonijiet tagħha minn dak li qed isejjaħ “globalizzazzjoni ta’ Merkel, Macron ...
Read More

TAJANI IFAĦĦAR LIL MUSSOLINI

Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qiegħed fil-mira tal-kontroverjsa minħabba kummenti dwar il-faxxist Benito Mussolini. Tajani qal li Mussolini wettaq affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment