L-UE ma tistax tnaqqas il-livell tal-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema madwar l-Ewropa biex tiżdied il-kompetittivita` u t-tkabbir ekonomiku.  Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li sar dubjuż jistgħux jibqgħu jeżistu flimkien it-tliet oġġettivi fundamentali tal-Unjoni Ewropea: politika tas-suq ħieles qalb iż-żieda tal-globalizzazzjoni u ż-żieda fl-oligarkiji; l-impenn favur aktar integrazzjoni Ewropea; l-impenn sħiħ biex jitħarsu d-drittijiet soċjali eżistenti fl-Ewropa.

“Sakemm din id-dilemma tiġi indirizzata b’mod sodisfaċenti, is-sentimenti tal-ansjeta` dwar il-valuri Ewropej se jibqgħu jiżdiedu,” qal Dr Sant meta tkellem dwar ir-rifondazzjoni tal-Ewropa ibbażata fuq il-valuri Ewropej.

Id-dibattitu sar wara żieda fis-sentimenti nazzjonalistiċi li jmorru kontra l-politika tal-UE taħt il-kappa tal-partiti tal-Lemin estrem li qed tisfida l-valuri pluralistiċi sekulari bażiċi tal-Unjoni Ewropea.

Dr Sant qal li t-tiftix intern tal-valuri Ewropej sar komuni għaliex mill-2008, il-valuri bażiċi dwar dak li kienet tissimbolizza l-Ewropa issa tilfu l-importanza tagħhom.  Dawn il-valuri kienu jinkludu t-twemmin li l-Ewropa kienet tfisser sistema ta’ suq soċjali bbażata fuq suq ħieles waqt li tiggarantixxi d-drittijiet soċjali, fil-kuntest ta’ tkabbir ekonomiku u stabilita`.

MALTA U L-BREXIT

Nhar il-Ġimgħa Alfred Sant se jkun il-kelliem ewlieni f’Konferenza dwar MALTA U L-BREXIT f’Birżebbuġa. Din il-Konferenza se ssir wara li ...
Read More

SPINTA LILL-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA

L-UE qablet li tagħti spinta lill-ħolqien ta’ Ewropa ta’ Difiża bi Struttura Permanenti ta’ Kooperazzjoni  (PESCO). L-istati membri għandhom tliet ...
Read More

IL-ĠERMANJA FAVUR AKTAR GĦAQDA EKONOMIKA U MONETARJA

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel appoġġjat l-ideat tal-President Franċiż Emmanuel Macron dwar aktar għaqda ekonomika u monetarja. Dan jinkludi l-ħolqien ta’ ...
Read More

F’SENTEJN JIRDOPPJAW L-ARRESTI TAL-ĠIĦADISTI

F’sentejn irdoppjaw l-arresti marbuta mat-terroriżmu ġiħadista fl-Ewropa. Dan kien żvelat minn rapport tal-Aġenzija tal-Pulizija Ewropea Europol. Fl-2016, 718 persuna ġew ...
Read More

IS-SANZJONIJIET RUSSI ESTIŻI SA ĠUNJU 2018

Il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej reġgħu qablu biex jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kriżi fil-Lvant tal-Ukraina, l-anniħilazzjoni tal-Krimea u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ...
Read More

GĦANDHOM JITĦARSU D-DRITTIJIET SOĊJALI FL-EWROPA

L-UE ma tistax tnaqqas il-livell tal-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema madwar l-Ewropa biex tiżdied il-kompetittivita` u t-tkabbir ekonomiku.  Alfred Sant qal lill-Parlament ...
Read More

L-IMF OTTIMISTA DWAR IŻ-ŻONA EWRO

Id-direttriċi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) Christine Lagarde uriet l-ottimiżu tagħha, minkejja xi diffikultajiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika taż-żona ewro, meta ppreżentat ...
Read More

F’RISKJU L-ISTOKKS TAL-ĦUT FIL-MEDITERRAN

L-istokks tal-ħut fil-Mediterran qed jonqsu b’rata allarmanti – aktar minn 90% ta’ dawk li ġew assessjati huma esplojtati, b’uħud minnhom ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment