Nhar il-Ġimgħa Alfred Sant se jkun il-kelliem ewlieni f’Konferenza dwar MALTA U L-BREXIT f’Birżebbuġa. Din il-Konferenza se ssir wara li l-ġimgħa l-oħra bdew formalment in-negozjati tal-Brexit. Dawn fetħu wara l-elezzjonijiet fir-Renju Unit li ħallew lil Theresa May mingħajr maġġoranza fil-Parlament. Ħafna interpretaw ir-riżultat tal-elezzjonijiet tar-Renju Unit bħala turija li l-poplu jrid ‘soft’ Brexit biex ir-Renju Unit tkun aktar qrib l-Unjoni Ewropea anki jekk ma tibqax membru sħiħ.
Iżda in-negozjatur għall-UE Michel Barnier qal li ma jafx xi jfisser ‘hard’ jew ‘soft’ Brexit. ‘Brexit ifisser li r-Renju Unit se jirtira mill-UE. Ir-Renju Unit iddeċidietu dan. Aħna qed nimplimentawh. L-għażliet kollha għadhom miftuħin, inkluż dik li ma jkunx hemm ftehim.” qal Barnier.
Ir-Renju Unit il-ġimgħa l-oħra għamel il-proposti tiegħu dwar id-dritt taċ-ċittadini Ewropej li jgħixu fir-Renju Unit. Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qal li dawn ma laħqux l-aspettattivi tal-UE għax inaqqsu mid-drittijiet tal-Ewropej li jgħixu fir-Renju Unit. Fil-Parlament Britanniku May qalet lit-tliet miljun Ewropew li jgħixu f’pajjiżha li r-Renju Unit iridhom jibqgħu jgħixu hemm anki wara l-Brexit, li fit-teorija għandu jkun lest f’Marzu tal-2019.
Il-Maltin u l-Għawdxin, bħal ċittadini oħra tal-UE, qed jibdew jistaqsu kif se jintlaqtu bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Kif se jintlaqtu dawk il-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit? Kif se tintlaqat l-industrija tat-turiżmu? X’effett jista’ jkun hemm fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji? Kif se jintlaqtu l-ekonomija u l-kummerċ? Dawn huma kollha mistoqsijiet li jibdew jiġu indirizzati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Kif mistenni n-negozjati tal-Brexit se jkunu diffiċli ħafna. Għadna fil-bidu u l-kbir għadu ġej, u diġa` bdejna naraw messaġġi konflinġenti ħerġin min-naħa Ewropea u min-naħa Britannika.

MALTA U L-BREXIT
Read More

SPINTA LILL-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA
Read More

IL-ĠERMANJA FAVUR AKTAR GĦAQDA EKONOMIKA U MONETARJA
Read More

F’SENTEJN JIRDOPPJAW L-ARRESTI TAL-ĠIĦADISTI
Read More

IS-SANZJONIJIET RUSSI ESTIŻI SA ĠUNJU 2018
Read More

GĦANDHOM JITĦARSU D-DRITTIJIET SOĊJALI FL-EWROPA
Read More

L-IMF OTTIMISTA DWAR IŻ-ŻONA EWRO
Read More

F’RISKJU L-ISTOKKS TAL-ĦUT FIL-MEDITERRAN
Read More
Post a comment