L-istokks tal-ħut fil-Mediterran qed jonqsu b’rata allarmanti – aktar minn 90% ta’ dawk li ġew assessjati huma esplojtati, b’uħud minnhom f’xifer kollass. Dan qed iwassal għal telf ta’ impjiegi u dħul u qed iħalli impatt ambjentali. Minħabba tmexxija ħażina f’dan il-qasam, s-soċjeta` qed tbati l-konsegwenzi. Is-sajjieda tradizzjonali, li jaħdmu fuq skala żgħira u li jirrappreżentaw 83% tas-sajjieda fil-Mediterran, huma l-aktar li qed jintlaqtu ħażin.

Il-Parlament Ewropew ivvota favur rapport li jsejjaħ għall-azzjoni urġenti u koordinata ma’ dawk kollha involuti fis-settur. Ir-rapport isejjaħ għall-azzjoni soċjo-ekonomika bbażata fuq ix-xjenza li tirrispetta u tinforza l-miri u l-miżuri tal-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE.

Ir-rapport jirreferi għall-ħtieġa ta’ titjib fl-assessjar tal-istokks (ġbir ta’ informazzjoni, analiżi, suġġerimenti favur ‘database’ komuni). Isemmi titjib fil-kontroll u s-sorveljanza, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost il-pajjiżi tal-Mediterran (kemm tal-Unjoni u kemm dawk mhux fl-Unjoni) u l-indirizzar tas-sajd illegali mhux rapportat u mhux regolat.

Imsemmija speċifikament is-sajjieda tradizzjonali u l-ħtieġa li jingħataw trattament preferenzjali u garanzija ta’ dħul bażiku waqt ‘perjodi ta’ mistrieħ bijoloġiku’. Ir-rapport jirreferi wkoll għall-ħtieġa li jkunu involuti aktar is-sajjieda fil-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet. Jitratta wkoll l-fattur ta’ terzi pajjiżi u l-impatt li għandhom sajjieda mill-pajjiżi mhux tal-UE fuq is-sajd fil-Mediterran.

Alfred Sant ivvota favur ir-riżoluzzjoni u qal li hemm raġunijiet ekonomiċi b’saħħithom biex jiġu mħarsa s-sajjieda tradizzjonali. L-MPE Malti qal li s-sajjieda tradizzjonali ma jistgħux jibqgħu jiġu injorati u saħaq li s-sajd tradizzjonali jrid ikun ippreżervat u megħjun bl-istess mod kif isir għall-istokks tal-ħut.

MALTA U L-BREXIT

Nhar il-Ġimgħa Alfred Sant se jkun il-kelliem ewlieni f’Konferenza dwar MALTA U L-BREXIT f’Birżebbuġa. Din il-Konferenza se ssir wara li ...
Read More

SPINTA LILL-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA

L-UE qablet li tagħti spinta lill-ħolqien ta’ Ewropa ta’ Difiża bi Struttura Permanenti ta’ Kooperazzjoni  (PESCO). L-istati membri għandhom tliet ...
Read More

IL-ĠERMANJA FAVUR AKTAR GĦAQDA EKONOMIKA U MONETARJA

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel appoġġjat l-ideat tal-President Franċiż Emmanuel Macron dwar aktar għaqda ekonomika u monetarja. Dan jinkludi l-ħolqien ta’ ...
Read More

F’SENTEJN JIRDOPPJAW L-ARRESTI TAL-ĠIĦADISTI

F’sentejn irdoppjaw l-arresti marbuta mat-terroriżmu ġiħadista fl-Ewropa. Dan kien żvelat minn rapport tal-Aġenzija tal-Pulizija Ewropea Europol. Fl-2016, 718 persuna ġew ...
Read More

IS-SANZJONIJIET RUSSI ESTIŻI SA ĠUNJU 2018

Il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej reġgħu qablu biex jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kriżi fil-Lvant tal-Ukraina, l-anniħilazzjoni tal-Krimea u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ...
Read More

GĦANDHOM JITĦARSU D-DRITTIJIET SOĊJALI FL-EWROPA

L-UE ma tistax tnaqqas il-livell tal-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema madwar l-Ewropa biex tiżdied il-kompetittivita` u t-tkabbir ekonomiku.  Alfred Sant qal lill-Parlament ...
Read More

L-IMF OTTIMISTA DWAR IŻ-ŻONA EWRO

Id-direttriċi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) Christine Lagarde uriet l-ottimiżu tagħha, minkejja xi diffikultajiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika taż-żona ewro, meta ppreżentat ...
Read More

F’RISKJU L-ISTOKKS TAL-ĦUT FIL-MEDITERRAN

L-istokks tal-ħut fil-Mediterran qed jonqsu b’rata allarmanti – aktar minn 90% ta’ dawk li ġew assessjati huma esplojtati, b’uħud minnhom ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment