L-UE qablet li tagħti spinta lill-ħolqien ta’ Ewropa ta’ Difiża bi Struttura Permanenti ta’ Kooperazzjoni  (PESCO). L-istati membri għandhom tliet xhur biex ifasslu lista komuni ta’ kriterji li bihom jimpenjaw irwieħhom f’din il-politika. Il-kriterji jridu jaqblu mat-Trattat ta’ Lisbona u jinkludu l-viżjoni ta’ missjonijiet diffiċli ħafna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qal li flimkien mal-lista, irid jitfassal ukoll pjan ta’ żmien preċiż biex l-istati membri jistqarru l-intenzjonijiet tagħhom li jipparteċipaw mingħajr dewmien. Il-President tal-Kunsill Donald Tusk qal li dan huwa pass storiku għax permezz ta’ din il-kooperazzjoni l-UE se timxi lejn aktar integrazzjoni fil-qasam tad-difiża.

Angela Merkel qalet li l-UE se tkun qed twettaq missjonijiet bħal fl-Afrika li ma jiffokawx biss fuq l-aspett militari, iżda jinkludu wkoll kooperazzjoni, żvilupp u toroq diplomatiċi.

It-28 pajjiż qablu li l-preżenza tas-suldati titħallas b’mod permanenti minn fond komuni mmexxi mill-UE (Athena mechanism).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qabel li tkun implimentata malajr il-proposta tal-Kummissjoni dwar Fond Komuni Ewropew ta’ Difiża. Il-President Franċiż Emmanuel Macron esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-ammont ta’ flus u għall-parametri li se jkollu dan il-fond komuni. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talab lill-istati membri biex jidentifikaw proġetti li jistgħu jsiru b’dan il-fond fil-qasam tad-difiża.

 

MALTA U L-BREXIT

Nhar il-Ġimgħa Alfred Sant se jkun il-kelliem ewlieni f’Konferenza dwar MALTA U L-BREXIT f’Birżebbuġa. Din il-Konferenza se ssir wara li ...
Read More

SPINTA LILL-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA

L-UE qablet li tagħti spinta lill-ħolqien ta’ Ewropa ta’ Difiża bi Struttura Permanenti ta’ Kooperazzjoni  (PESCO). L-istati membri għandhom tliet ...
Read More

IL-ĠERMANJA FAVUR AKTAR GĦAQDA EKONOMIKA U MONETARJA

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel appoġġjat l-ideat tal-President Franċiż Emmanuel Macron dwar aktar għaqda ekonomika u monetarja. Dan jinkludi l-ħolqien ta’ ...
Read More

F’SENTEJN JIRDOPPJAW L-ARRESTI TAL-ĠIĦADISTI

F’sentejn irdoppjaw l-arresti marbuta mat-terroriżmu ġiħadista fl-Ewropa. Dan kien żvelat minn rapport tal-Aġenzija tal-Pulizija Ewropea Europol. Fl-2016, 718 persuna ġew ...
Read More

IS-SANZJONIJIET RUSSI ESTIŻI SA ĠUNJU 2018

Il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej reġgħu qablu biex jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kriżi fil-Lvant tal-Ukraina, l-anniħilazzjoni tal-Krimea u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ...
Read More

GĦANDHOM JITĦARSU D-DRITTIJIET SOĊJALI FL-EWROPA

L-UE ma tistax tnaqqas il-livell tal-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema madwar l-Ewropa biex tiżdied il-kompetittivita` u t-tkabbir ekonomiku.  Alfred Sant qal lill-Parlament ...
Read More

L-IMF OTTIMISTA DWAR IŻ-ŻONA EWRO

Id-direttriċi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) Christine Lagarde uriet l-ottimiżu tagħha, minkejja xi diffikultajiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika taż-żona ewro, meta ppreżentat ...
Read More

F’RISKJU L-ISTOKKS TAL-ĦUT FIL-MEDITERRAN

L-istokks tal-ħut fil-Mediterran qed jonqsu b’rata allarmanti – aktar minn 90% ta’ dawk li ġew assessjati huma esplojtati, b’uħud minnhom ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment