Il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej reġgħu qablu biex jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kriżi fil-Lvant tal-Ukraina, l-anniħilazzjoni tal-Krimea u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni min-naħa Russa tal-ftehim ta’ Minsk. Is-sanzjonijiet, li jiskadu fl-aħħar ta’ Lulju, ġew estiżi mill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin sat-23 ta’ Ġunju 2018. Daħlu fis-seħħ l-ewwel darba fl-Lulju tal-2014.

Il-miżuri ristrettivi jinkludu l-projbizzjoni ta’ oġġetti li joriġinaw mill-Krimea u Sevastopol fl-UE; jipprojbixxu investiment Ewropew f’dawn iż-żoni – jiġifieri kumpaniji Ewropej ma jistgħux jixtru proprjeta` fil-Krimea u jiffinanzjaw kumpaniji tal-lokal jew jissupplixxulhom xi servizz; fis-settur turistiku ‘cruise liners’ ma jistgħux iżuru portijiet fil-Krimea ħlief f’każ ta’ emerġenza; projbita wkoll l-esportazzjoni ta’ oġġetti teknoloġiċi lil kumpaniji tal-Krimea li jintużaw fis-settur tat-trasport, telekomunikazzjoni u enerġija (bħall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt, gass u riżorsi naturali). Assistenza teknika fil-qasam tal-kostruzzjoni u l-inġinerija relatati mal-infrastruttura wkoll ma jistgħux jingħataw minn ċittadini jew kumpaniji Ewropej.

MALTA U L-BREXIT

Nhar il-Ġimgħa Alfred Sant se jkun il-kelliem ewlieni f’Konferenza dwar MALTA U L-BREXIT f’Birżebbuġa. Din il-Konferenza se ssir wara li ...
Read More

SPINTA LILL-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA

L-UE qablet li tagħti spinta lill-ħolqien ta’ Ewropa ta’ Difiża bi Struttura Permanenti ta’ Kooperazzjoni  (PESCO). L-istati membri għandhom tliet ...
Read More

IL-ĠERMANJA FAVUR AKTAR GĦAQDA EKONOMIKA U MONETARJA

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel appoġġjat l-ideat tal-President Franċiż Emmanuel Macron dwar aktar għaqda ekonomika u monetarja. Dan jinkludi l-ħolqien ta’ ...
Read More

F’SENTEJN JIRDOPPJAW L-ARRESTI TAL-ĠIĦADISTI

F’sentejn irdoppjaw l-arresti marbuta mat-terroriżmu ġiħadista fl-Ewropa. Dan kien żvelat minn rapport tal-Aġenzija tal-Pulizija Ewropea Europol. Fl-2016, 718 persuna ġew ...
Read More

IS-SANZJONIJIET RUSSI ESTIŻI SA ĠUNJU 2018

Il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej reġgħu qablu biex jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kriżi fil-Lvant tal-Ukraina, l-anniħilazzjoni tal-Krimea u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ...
Read More

GĦANDHOM JITĦARSU D-DRITTIJIET SOĊJALI FL-EWROPA

L-UE ma tistax tnaqqas il-livell tal-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema madwar l-Ewropa biex tiżdied il-kompetittivita` u t-tkabbir ekonomiku.  Alfred Sant qal lill-Parlament ...
Read More

L-IMF OTTIMISTA DWAR IŻ-ŻONA EWRO

Id-direttriċi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) Christine Lagarde uriet l-ottimiżu tagħha, minkejja xi diffikultajiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika taż-żona ewro, meta ppreżentat ...
Read More

F’RISKJU L-ISTOKKS TAL-ĦUT FIL-MEDITERRAN

L-istokks tal-ħut fil-Mediterran qed jonqsu b’rata allarmanti – aktar minn 90% ta’ dawk li ġew assessjati huma esplojtati, b’uħud minnhom ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment