Kumpaniji tal-internet jixtiequ inqas VAT fuq l-e-books. L-e-books huma kotba li jinqraw b’mod diġitali u mhux fuq il-karta.

EDiMa, l-assoċjazzjoni tal-kummerċ online, hija tal-fehma li r-rata ta’ VAT li titħallas fuq il-kotba diġitali (e-books) għandha tkun l-istess bħal VAT tal-kotba stampati. L-argument tal-EDiMa hu li s-settur tal-kotba elettroniċi qed jikber b’rata mgħaġġla u li għalhekk billi l-e-books huma ogħla fil-prezz minħabba l-VAT, allura dan jista’ jkun ta’ theddida għal qari u għal kultura b’mod ġenerali.
Bħal issa, f’26 stat minn total ta’ 28 pajjiż fl-Unjoni hemm rata fissa ta’ VAT fuq l-e-Books. Min-naħa l-oħra, il-kotba stampati għandhom tnaqqis fir-rata ta’ VAT. Franza u l-Lussemburgu ddeċidew li jnaqqsu r-rata ta’ VAT fuq l-e-books. Dan fisser ksur tar-regolamenti u għalhekk il-Kummissjoni Ewropea fetħet proċeduri kontra dawn il-pajjiżi. Dan għaliex sitwazzjoni bħal din toħloq diskriminazzjoni.

Facebook Comments

Post a comment