Qed jonqos il-persentaġġ tal-impjiegi ġodda maħluqa mill-Kumpaniji Żgħar u Medji (SMEs) fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Dan il-persentaġġ bħalissa jammonta għal 85%. Dawn il-kumpaniji qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex ikomplu jinvestu u għalhekk il-Kummissjoni Ewropea qed tikkonċentra ikun hemm aktar investiment biex jinħolqu aktar impjiegi. Dan qalitu Marianne Thyssen, Kummissarju Ewropew, b’reazzjoni għal intervent ta’ Alfred Sant fil-Kumitat Monetarju tal-Parlament Ewropew dwar il-bżonn li l-kumpaniji żgħar u medji jingħataw sostenn biex ikomplu jinvestu u jinħolqu mpjiegi ġodda.
Thyssen qalet li l-kumpaniji żgħar u medji għandhom problema ta’ aċċess għall-fondi peress li l-banek mhumiex isellfu u għalhekk m’għandhomx aċċess għas-suq kapitali.
Alfred Sant qal li l-programm ta’ investiment Ewropew mhux qed jgħin l-operat tagħhom. 70% tal-kumpaniji żgħar u medji fl-Ewropa qed joperaw fis-swieq nazzjonali tagħhom. Sant staqsa lil Thyssen jekk dak li kien qed jiġi propost fuq livell Ewropew kienx qed jiġi kontradett mill-konsegwenzi ta’ dak li għaddej fil-livell nazzjonali tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Biex issegwi l-intervent ta’ Alfred Sant u t-tweġiba ta’ Marianne Thyssen agħfas din il-link.

Facebook Comments

Post a comment