Meta spjega l-vot tiegħu, Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li diversi skandli finanzjarji urew kif it-trasparenza hija essenzjali għall-ġustizzja soċjali. Qiegħed jidħol qafas ta’ trasparenza fiskali qawwi li jgħin biex titnaqqas il-frodi tat-taxxa u tiżdied il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tat-taxxa.

It-tassazzjoni okkupat spazju dejjem jikber fl-aġenda politika tal-UE fl-aħħar 5 snin. L-UE bħalissa qed timmodernizza s-sistema tal-VAT tagħha biex tgħin lill-Istati Membri jiġbru madwar 50 biljun ewro aktar fis-sena. F’dan il-kuntest jagħmel sens li l-Parlament Ewropew ikollu l-istruttura ta’ ħidma permanenti tiegħu.

“Se nkompli nappoġġja kompetizzjoni fiskali meħtieġa u b’saħħitha fl-UE. Dan jeħtieġ li jkun inkwadrat b’mod ġust u trasparenti, adattat ukoll għall-pjattaforma dinamika tal-ekonomija. Is-sottokumitat tat-taxxa għandu jirrappreżenta perspettivi diversifikati. L-interest tal-pajjiżi periferali żgħar huma kruċjali f’dan ir-rigward u r-rwol tagħhom fit-tfassil tal-ġejjieni tal-politika fiskali fl-Ewropa huwa daqstant validu bħal dak ta’ atturi u swieq ikbar “, qal Alfred Sant.

Wara sensiela ta’ kumitati speċjali u kumitat ta’ inkjesta, maħluqin biex jindagaw d-diversi skandli tat-taxxa ta’ dawn l-aħħar snin, il-Parlament Ewropew stabbilixxa qafas aktar permanenti biex jitfa’ dawl fuq il-kwistjoni.

Is-sottokumitat dwar kwistjonijiet ta’ taxxa se jkun magħmul minn tletin membru u se jittratta b’mod partikolari l-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, kif ukoll it-trasparenza finanzjarja għal finijiet ta’ tassazzjoni.


Financial transparency is essential for social justice

In explaining his vote, Alfred Sant told the European Parliament that various financial scandals have revealed how transparency is essential for social justice. A strong tax transparency framework has been put in place, helping to curb tax fraud and increasing the cooperation among our tax authorities

Taxation has occupied a growing space in the EU political agenda in the last 5 years. The EU is currently modernising its VAT system to help Member States collect around 50 billion euros more per year. It makes sense in this context that the European Parliament has its own permanent working structure.

“I will continue to support a necessary and healthy tax competition in the EU. This needs to be framed in a fair and transparent way, also adapted to the very dynamic platform economy. The tax subcommittee should represent diversified perspectives. The interests of small peripheral countries are crucial in this respect and their role in shaping the future of tax policies in Europe is just as valid as that of bigger players and markets”, Alfred Sant stated.

After a series of special committees and a committee of inquiry, created to delve into the various tax leaks and scandals of recent years, the European Parliament has established a more permanent setup to shed light on the matter.

The subcommittee on tax matters will be composed of 30 members and will deal particularly with the fight against tax fraud, tax evasion and tax avoidance, as well as financial transparency for taxation purposes.

Tħassib dwar il- Baġit u l-Fond ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea

F'dibattitu plenarju straordinarju, ll-Parlament Ewropew iddiskuta l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta’ Lulju 2020 u adotta riżoluzzjoni dwar ...
Read More

It-trasparenza finanzjarja hija essenzjali għall-ġustizzja soċjali

Meta spjega l-vot tiegħu, Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li diversi skandli finanzjarji urew kif it-trasparenza hija essenzjali għall-ġustizzja soċjali ...
Read More

M’hemm l-ebda ktieb tar-regoli dwar is-saltna tad-dritt fl-UE

Fi stqarrija waqt dibattitu plenarju, Alfred Sant qal li l-valutazzjonijiet jibqgħu dipendenti fuq kriterji politiċi suġġettivi li jistgħu ma jiġux ...
Read More

Iċ-ċittadini għandhom ikunu fuq quddiem fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ser tkun organizzata mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea u kienet mistennija tibda f'Mejju 2020 u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment