Fis-7 ta’ Mejju l-Franċiżi se jagħżlu bejn kandidat indipendenti favur aktar integrazzjoni Ewropea jew kandidata tal-Lemin Estrem li wiegħdet li tisfida l-globalizzazzjoni u r-relazzjoni ta’ Franza mal-UE. Dan wara li l-Franċiżi ċaħdu ż-żewġ partiti l-kbar li ggvernaw pajjiżhom għal snin twal favur għażla  ġdida.

Jitla’ min jitla’ bejn il-kandidat taċ-Ċentru Emmanuel Macron jew il-Populista Marine Le Pen, Franza se teleġġi President għal bidla.

Il-Lemin Estrem diġa` jmexxi tmint ibliet u għandu 20 Ewroparlamentari fil-Parlament Ewropew imma ma jinżilx tajjeb max-xandir lokali.

Il-moviment En Marche! twaqqaf fl-2016 u s’issa qatt ma kkontesta elezzjoni, l-anqas il-fundatur tiegħu Emmanuel Macron, li għal xi żmien kien il-Ministru tal-Ekonomija tas-Soċjal-Demokratiku Francois Hollande.

Il-Franċiżi se jkunu qed jiddeċiedu dwar il-post ta’ Franza fl-Unjoni Ewropea. Jekk jagħżlu lil Macron ikunu qed jagħżlu l-kandidat li jixtieq riformi fl-UE iżda wkoll aktar integrazzjoni Ewropea. Macron jaqbel ma’ baġit u Super-Ministru tal-Finanzi għaż-żona ewro.

Jekk minflok titla’ Marine Le Pen il-votanti jkunu għażlu l-oppost. Hi trid Ewropa tan-nazzjonijiet li tieħu post l-Unjoni Ewropea. “Nagħti lili nnifsi sitt xhur biex ninnegozja lura s-sovranita` ta’ pajjiżi. Imbagħad ikunu l-Franċiżi li jiddeċiedu,” qalet Le Pen fil-kampanja.

L-istħarriġ pubbliku jagħti vantaġġ lil Macron li qed ikun imbassar li ġibed warajh il-voti tal-kandidati li ma baqgħux fit-tellieqa. Dan minkejja li Le Pen irriżenjat minn kap tal-Front National f’attentat biex tiġbed aktar votanti lejha.

JIDDEĊIEDU  POST FRANZA FL-UE

Fis-7 ta’ Mejju l-Franċiżi se jagħżlu bejn kandidat indipendenti favur aktar integrazzjoni Ewropea jew kandidata tal-Lemin Estrem li wiegħdet li ...
Read More

L-UE FAVUR DJALOGU MAT-TURKIJA

L-Unjoni Ewropea qed tippjana djalogu mat-Turkija fis-Summit tan-NATO fil-25 ta’ Mejju. Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qalet li ...
Read More

IS-27 LESTI GĦAN-NEGOZJATI TAL-BREXIT

Is-Sibt li għadda s-27 Stat Membru tal-UE qablu unanimament dwar il-linji gwida li bihom se jimxu fin-negozjati tal-Brexit li mistennija ...
Read More

ID-DIVALWAZZJONI INTERNA TEFFETTWA ĦAŻIN IL-KOEŻJONI SOĊJALI

Il-Pilastri Soċjali proposti mill-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed biex inaqqsu mill-effetti negattivi tad-divalwazzjonijiet interni fis-soċjetajiet Ewropej, qal Alfred Sant ...
Read More

IL-ĠRAJJIET FI FRANZA, L-UKRAINA U T-TURKIJA JIGGRAVAW IL-KSUR TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

Il-Kummissarju tad-drittijiet tal-bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa Nils Muiznieks qal li l-ġrajjiet fi Franza u fl-Ukraina fl-2015 u fit-Turkija fl-2016 ...
Read More

AKTAR JEW ANQAS EWROPA SOĊJALI?

Il-Kummissjoni Ewropea nidiet dokument dwar id-dimensjoni soċjali tal-UE. Mistoqsija ta’ riflessjoni li poġġiet il-KE hija: “Minn issa sa l-2025 irridu ...
Read More

L-UE TAGĦTI L-AŻIL LIL 700,000 IMMIGRANT FL-2016

Fl-2016 l-Istati Membri taw protezzjoni umanitarja lil aktar minn 700,000 immigrant li talbu l-ażil. Ċifri ppubblikati f’rapport tal-Eurostat jgħidu li ...
Read More

L-EWROPEJ FAVUR L-GĦAJNUNA UMANITARJA

89% taċ-ċittadini Ewropej jemmnu li għandha tingħata l-għajnuna lil popolazzjonijiet f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw bħala miżura effettiva kontra l-faqar ...
Read More

 

 

 

Facebook Comments

Post a comment