Is-Sibt li għadda s-27 Stat Membru tal-UE qablu unanimament dwar il-linji gwida li bihom se jimxu fin-negozjati tal-Brexit li mistennija jibdew f’nofs Ġunju, wara l-elezzjoni tar-Renju Unit.
Il-linji gwida ġew adottati f’summit Ewropew f’inqas minn 4 minuti. Huma joffru l-qafas li fihom se jsiru n-negozjati politiċi tal-Brexit. Il-linji gwida flimkien mad-direttivi li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropea jifformaw il-mandat tan-negozjatur ewlieni tal-UE dwar il-Brexit Michel Barnier.
L-Istati Membri fis-summit qablu dwar il-prinċipju li n-negozjati dwar il-kummerċ mar-Renju Unit jibdew biss jekk l-Istati Membri kollha jħossu li sar biżżejjed progress fuq it-termini tad-divorzju. L-Istati Membri qablu wkoll li jagħtu prijorita` fost oħrajn lil kwistjonijiet relatati mad-drittijiet taċ-ċittadini u l-fruntiera tal-Irlanda ta’ Fuq.
Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker qal li l-għaqda bejn il-pajjiżi hija reali iżda bassar li se jkun diffiċli biex l-Istati Membri jżommu din l-għaqda fin-negozjati. Dan għaliex Juncker qed ibassar li se jkun hemm pajjiżi li mhux se jkunu jridu jħallsu aktar biex l-UE tagħmel tajjeb għat-telf tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit u se jkun hemm ukoll pajjiżi li mhux se jaċċettaw li jirċievu anqas flus mill-UE.

JIDDEĊIEDU POST FRANZA FL-UE
Read More

L-UE FAVUR DJALOGU MAT-TURKIJA
Read More

IS-27 LESTI GĦAN-NEGOZJATI TAL-BREXIT
Read More

ID-DIVALWAZZJONI INTERNA TEFFETTWA ĦAŻIN IL-KOEŻJONI SOĊJALI
Read More

IL-ĠRAJJIET FI FRANZA, L-UKRAINA U T-TURKIJA JIGGRAVAW IL-KSUR TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM
Read More

AKTAR JEW ANQAS EWROPA SOĊJALI?
Read More

L-UE TAGĦTI L-AŻIL LIL 700,000 IMMIGRANT FL-2016
Read More

L-EWROPEJ FAVUR L-GĦAJNUNA UMANITARJA
Read More
Post a comment