Waqt li l-mexxejja taż-żona ewro qegħdin iħejju għal ‘showdown’ mal-Greċja, ġie ppubblikat il-ktieb il-ġdid ta’ Alfred Sant ‘MALTA U L-EWRO – 2- MALTA & THE EURO’. Dan il-ktieb jagħti d-dettalji u janalizza l-kriżi taż-żona Ewro bejn 2012-2015 u jsegwi ktieb ieħor li kien ippreżenta l-fatti sa 2011. Is-saga tal-Greċja tiddomina dan il-ktieb. Mill-bidu, Alfred Sant kien bassar li se jkun hemm problemi kbar bil-‘bailout’ tal-Greċja, li permezz tiegħu kienet ingħatat għajnuna finanzjarja biex tagħmel tajjeb għall-kriżi finanzjarja tagħha.

Il-ktieb ta’ 530 paġna, li ġie mniedi llum fil-Melita Gardens, jispjega r-raġunijiet li wasslu għall-kriżi Griega minn perspettiva Maltija. Bħala membru taż-żona Ewro, Malta b’mod dirett u b’mod indirett silfet lill-Greċja ‘per capita’ tal-popolazzjoni aktar minn kull pajjiż ieħor taż-żona ewro.

MALTA U EURO (2)”, li ġie ppubblikat ukoll bħala ebook, mhux limitat biss dwar l-istorja tal-kriżi Griega. Il-ktieb jiddeskrivi u janalizza l-passi li ttieħdu miż-żona ewro biex jinbnew istituzzjonijiet ġodda biex isaħħu l-operazzjonijiet tagħha, fosthom fond komuni tal-‘bailout’ li bih il-banek Ewropej kollha huma mgħassa mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Tema oħra hija l-governanza taż-żona ewro, li hija ta’ interess speċjali għal Malta u għal gżejjer żgħar oħra. Bir-regoli ġodda ta’ governanza, dawn l-istati jistgħu jkomplu jitilfu aktar il-vuċi ristretta tagħhom fit-tmexxija taż-żona ewro.

MALTA U L-EWRO (2)” isegwi b’mod li jinftiehem kwistjonijiet kumplessi. Huwa ta’ interess kbar għal dawk li jridu jifhmu x’wassal għall-kriżi Griega u kwistjonijiet oħra taż-żona ewro. Studenti tal-ekonomija u studji internazzjonali għandhom isibu ‘euro timlines’ dettaljati fil-bidu tal-ktieb ta’ siwi kbir għall-istudji tagħhom.

Facebook Comments

Post a comment