Terz tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea isir maċ-Ċina u l-Istati Uniti. 17.7% tal-kummerċ isir mal-Istati Uniti filwaqt li 14.9% tal-kummerċ isir maċ-Ċina. F’sittax-il sena l-kummerċ maċ-Ċina ttrippla filwaqt li dak mar-Russja naqas bin-nofs mill-2013 ’l hawn u issa jammonta biss għal 5.5%. Il-kummerċ mal-Ġappun naqas ukoll (3.6%). Mal-Isvizzera (7.6%) u mat-Turkija (4.2%) il-kummerċ baqa’ bl-istess rata tul dawn l-aħħar snin.

Fl-2016 l-istati membri kollha esportaw l-aktar lejn stat membru ieħor ħlief Malta, l-Irlanda, il-Ġermanja, r-Renju Unit (li tesporta l-aktar lejn l-Istati Uniti) u l-Litwanja (li tesporta l-aktar lejn ir-Russja).

Numru ta’ stati membri ibiegħu aktar minn 25% tal-esportazzjoni tagħhom lil pajjiż wieħed – il-Ġermanja – bħal fil-każ tar-Repubblika Ċeka (32%), Awstrija (30%) Ungerija (28%) u l-Polonja (27%). L-Istati Uniti tixtri 27% tal-esportazzjoni Maltija u 26% tal-esportazzjoni Irlandiża, Spanjola u Portugiża.

It-tliet l-aktar pajjiżi li fihom l-Unjoni Ewropea tesporta l-aktar oġġetti huma l-Istati Uniti (21%), iċ-Ċina (10%) u l-Isvizzera (8%).

Numru ta’ stati membri jimportaw l-aktar mill-Ġermanja bħal fil-każ tal-Awstrija (43%), ir-Repubblika Ċeka (31%), il-Polonja (28%) u l-Ungerija 26%. Il-Portugall timporta aktar minn 33% minn Spanja, l-Irlanda timporta aktar minn 29% mir-Renju Unit u l-Lussemburgu jimporta 29% mill-Belġju.

L-Unjoni Ewropea timporta l-aktar miċ-Ċina (20%), l-Istati Uniti (14%) l-Isvizzera (7%) u r-Russja (7%).

PARTNERSHIP

BREXIT bdiet issir realta`. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May għaddiet il-karti tad-divorzju lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. May kienet ċara ...
Read More

IT-TOROK JIVVOTAW FIL-ĠERMANJA

Aktar minn 1.4 miljun ruħ b’dixxendenza Torka huma eleġibbli biex jivvotaw fil-Ġermanja għal referendum Tork bejn is-27 ta’ Marzu u ...
Read More

L-ISVEZJA TĦEJJI GĦALL-ĦOFRA TAL-BREXIT

L-Isvezja qalet li l-flejjes Ewropej għandhom imorru f’oqsma bħall-immigrazzjoni u s-sigurta` aktar milli f’għajnuna għas-settur tal-biedja. Il-pagamenti tal-Unjoni lejn l-istati ...
Read More

INFORMAZZJONI DWAR IS-SAJD TINTUŻA KONTRA L-INTERESSI TAS-SAJJIEDA TRADIZZJONALI MALTIN

Informazzjoni miġbura dwar l-industrija tas-Sajd qed tintuża għad-detriment tas-sajjieda tradizzjonali Maltin u Għawdxin fl-allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd u fuq bażi nazzjonali ...
Read More

BONDS BIEX IĦALLSU D-DJUN

Mill-2009 ’l hawn il-kumpaniji l-kbar mhux qed jiksbu ħafna mis-self tagħhom mill-banek Ewropej. Allura minn fejn qed iġibu l-flus u ...
Read More

L-AKBAR KUMMERĊ MAĊ-ĊINA U L-ISTATI UNITI

Terz tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea isir maċ-Ċina u l-Istati Uniti. 17.7% tal-kummerċ isir mal-Istati Uniti filwaqt li 14.9% tal-kummerċ isir maċ-Ċina ...
Read More

VJAĠĠI GĦAL ŻGĦAŻAGĦ FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA

Il-Kummissjoni Ewropea se tiffinanzja vjaġġi għal żgħażagħ fl-UE li jinkludu l-gżejjer u r-reġjuni fil-periferija tal-Ewropa fosthom Malta, Ċipru, l-Islanda, Guadalupe ...
Read More

VISA BIEX TIDĦOL L-ISTATI UNITI

L-Istati Uniti għadha qed titlob visa liċ-ċittadini Ewropej li ġejjin mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Polonja u r-Rumanija. L-Unjoni Ewropea qalet li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment