Aktar minn 1.4 miljun ruħ b’dixxendenza Torka huma eleġibbli biex jivvotaw fil-Ġermanja għal referendum Tork bejn is-27 ta’ Marzu u d-9 ta’ April fil-konsulati Torok madwar il-pajjiż. L-ammont ta’ Torok eleġibbli għal vot fl-UE kollha huwa stmat li jlaħħaq it-2.5 miljun ruħ. It-Torok qed jivvotaw għal referendum kostituzzjonali li jżid il-poter tal-President Tork Recep Tayyip Erdoğan. Dan minkejja l-battibekki diplomatiċi bejn Ankara u numru ta’ bliet kapitali Ewropej.

Il-Gvern Tork ħassar il-meetings kollha li ppjana fil-Ġermanja sa ma jasal ir-referendum kostituzzjonali tas-16 ta’ April minħabba oġġezzjonijiet Ġermaniżi. Erdoğan sejjaħ dan l-aġir ‘Nażista’.

IVA fir-referendum,  skont Erdoğan, ifisser aktar sigurta` u stabilita`. Il-mexxejja tal-oppożizzjoni jgħidu li IVA tfisser theddida għad-demokrazija, bidla politika radikali favur stil ta’ tmexxija awtoritarja. Qed ikun propost tibdil minn mudell parlamentari, kif għandna f’Malta, għal sistema presidenzjali, kif inhuma l-Istati Uniti. Dan jagħti aktar poter eżekuttiv lil Erdoğan u jnaqqas sewwa s-saħħa tal-parlament Tork.

Il-President Tork għandu rwol purament ċeremonjali, bis-saħħa eżekuttiva f’idejn il-Prim Ministru. Fl-2014 Erdoğan ġie elett President, wessa l-limiti kostituzzjonali, u effettivament sar imexxi l-pajjiż. Wara l-attentat kolp ta’ stat tas-sajf li għadda, dikjarazzjoni ta’ Stat ta’ Emerġenza tatu dan il-poter b’mod temporanju. Bil-kostituzzjoni l-ġdida li jġib ir-referendum, it-tmexxija tal-pajjiż tibqa’ f’idu b’mod permanenti.

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika jindika riżultat viċin ħafna, bil-le li jirbaħ bi ftit voti.

PARTNERSHIP

BREXIT bdiet issir realta`. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May għaddiet il-karti tad-divorzju lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. May kienet ċara ...
Read More

IT-TOROK JIVVOTAW FIL-ĠERMANJA

Aktar minn 1.4 miljun ruħ b’dixxendenza Torka huma eleġibbli biex jivvotaw fil-Ġermanja għal referendum Tork bejn is-27 ta’ Marzu u ...
Read More

L-ISVEZJA TĦEJJI GĦALL-ĦOFRA TAL-BREXIT

L-Isvezja qalet li l-flejjes Ewropej għandhom imorru f’oqsma bħall-immigrazzjoni u s-sigurta` aktar milli f’għajnuna għas-settur tal-biedja. Il-pagamenti tal-Unjoni lejn l-istati ...
Read More

INFORMAZZJONI DWAR IS-SAJD TINTUŻA KONTRA L-INTERESSI TAS-SAJJIEDA TRADIZZJONALI MALTIN

Informazzjoni miġbura dwar l-industrija tas-Sajd qed tintuża għad-detriment tas-sajjieda tradizzjonali Maltin u Għawdxin fl-allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd u fuq bażi nazzjonali ...
Read More

BONDS BIEX IĦALLSU D-DJUN

Mill-2009 ’l hawn il-kumpaniji l-kbar mhux qed jiksbu ħafna mis-self tagħhom mill-banek Ewropej. Allura minn fejn qed iġibu l-flus u ...
Read More

L-AKBAR KUMMERĊ MAĊ-ĊINA U L-ISTATI UNITI

Terz tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea isir maċ-Ċina u l-Istati Uniti. 17.7% tal-kummerċ isir mal-Istati Uniti filwaqt li 14.9% tal-kummerċ isir maċ-Ċina ...
Read More

VJAĠĠI GĦAL ŻGĦAŻAGĦ FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA

Il-Kummissjoni Ewropea se tiffinanzja vjaġġi għal żgħażagħ fl-UE li jinkludu l-gżejjer u r-reġjuni fil-periferija tal-Ewropa fosthom Malta, Ċipru, l-Islanda, Guadalupe ...
Read More

VISA BIEX TIDĦOL L-ISTATI UNITI

L-Istati Uniti għadha qed titlob visa liċ-ċittadini Ewropej li ġejjin mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Polonja u r-Rumanija. L-Unjoni Ewropea qalet li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment