BREXIT bdiet issir realta`. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May għaddiet il-karti tad-divorzju lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. May kienet ċara ħafna dwar l-aspettattivi ta’ Londra min-negozjati għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE: Partnership speċjali u profonda bejn ir-Renju Unit u l-UE dwar kooperazzjoni fl-oqsma ekonomiċi u tas-sigurta`. Iridu jkunu determinati d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ pajjiżha fl-ispirtu tat-tkomplija tal-Partnership mal-UE.

“Ir-Renju Unit issa qiegħed fuq in-naħa l-oħra tal-mejda tan-negozjati”, qal Donald Tusk, waqt li esprima d-dieqa tiegħu għad-deċiżjoni ta’ May li tattiva Artiklu 50 biex pajjiżha joħroġ mill-UE.

Il-Kunsill Ewropew stqarr li l-UE27 kienet sogħbiena bl-attivazzjoni ta’ Artiklu 50, iżda tinsab lesta tinnegozja mar-Renju Unit. L-ewwel stadju huma linji gwida għat-taħditiet f’Summit speċjali tal-BREXIT għad-29 ta’ April. L-UE se tqis bħala prijorita` 3.2 miljun ċittadin minn stati membri tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit. Trid tinsab soluzzjoni dwar l-impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu fl-istituzzjonijiet Ewropej. Il-futur tal-Irlanda ta’ Fuq irid jiġi deċiż malajr. Il-ħruġ tar-Renju Unit mistenni jiswa €60 miljun, figura li Londra mistennija tkun qed tevita li tittieħed deċiżjoni malajr dwarha.

Il-Kunsill Ewropew qal li t-taħditiet se jsiru b’mod kostruttiv u se jsir sforz biex jintlaħaq ftehim. Il-KE tittama li r-Renju Unit jibqa’ sieħeb mill-qrib tal-UE. Nuqqas ta’ ftehim ikun diżastru, wissa Antonio Tajani, President tal-Parlament Ewropew.

 

PARTNERSHIP

BREXIT bdiet issir realta`. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May għaddiet il-karti tad-divorzju lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. May kienet ċara ...
Read More

IT-TOROK JIVVOTAW FIL-ĠERMANJA

Aktar minn 1.4 miljun ruħ b’dixxendenza Torka huma eleġibbli biex jivvotaw fil-Ġermanja għal referendum Tork bejn is-27 ta’ Marzu u ...
Read More

L-ISVEZJA TĦEJJI GĦALL-ĦOFRA TAL-BREXIT

L-Isvezja qalet li l-flejjes Ewropej għandhom imorru f’oqsma bħall-immigrazzjoni u s-sigurta` aktar milli f’għajnuna għas-settur tal-biedja. Il-pagamenti tal-Unjoni lejn l-istati ...
Read More

INFORMAZZJONI DWAR IS-SAJD TINTUŻA KONTRA L-INTERESSI TAS-SAJJIEDA TRADIZZJONALI MALTIN

Informazzjoni miġbura dwar l-industrija tas-Sajd qed tintuża għad-detriment tas-sajjieda tradizzjonali Maltin u Għawdxin fl-allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd u fuq bażi nazzjonali ...
Read More

BONDS BIEX IĦALLSU D-DJUN

Mill-2009 ’l hawn il-kumpaniji l-kbar mhux qed jiksbu ħafna mis-self tagħhom mill-banek Ewropej. Allura minn fejn qed iġibu l-flus u ...
Read More

L-AKBAR KUMMERĊ MAĊ-ĊINA U L-ISTATI UNITI

Terz tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea isir maċ-Ċina u l-Istati Uniti. 17.7% tal-kummerċ isir mal-Istati Uniti filwaqt li 14.9% tal-kummerċ isir maċ-Ċina ...
Read More

VJAĠĠI GĦAL ŻGĦAŻAGĦ FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA

Il-Kummissjoni Ewropea se tiffinanzja vjaġġi għal żgħażagħ fl-UE li jinkludu l-gżejjer u r-reġjuni fil-periferija tal-Ewropa fosthom Malta, Ċipru, l-Islanda, Guadalupe ...
Read More

VISA BIEX TIDĦOL L-ISTATI UNITI

L-Istati Uniti għadha qed titlob visa liċ-ċittadini Ewropej li ġejjin mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Polonja u r-Rumanija. L-Unjoni Ewropea qalet li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment