Il-Kummissjoni Ewropea se tiffinanzja vjaġġi għal żgħażagħ fl-UE li jinkludu l-gżejjer u r-reġjuni fil-periferija tal-Ewropa fosthom Malta, Ċipru, l-Islanda, Guadalupe u l-gżejjer Kanarji. MOVE2LEARN, LEARN2MOVE hija inizjattiva ġdida biex iżżid il-mobilita` taż-żgħażagħ fil-pajjiżi Ewropej u se tinvolvi l-finanzjament ta’ bejn 5,000 u 7,000 żagħżugħ u żagħżugħa ta’ etajiet bejn is-16 u d-19-il sena.

Il-Kummissjoni ħadet €2.5 miljun ewro direttament mill-proġett tal-Erasmus +. Min jintgħażel ikun intitolat bejn €350 u €530 ewro għal xiri tal-biljett tal-ajru u ta mezzi tat-trasport oħrajn.

Eleġibbli għal dal-proġett huma biss il-parteċipanti tal-eTwinning network, proġett fejn membri ta’ skola Ewropea jikkomunikaw ma’ membri ta’ skola oħra fl-Ewropa. Kriterji oħra li fasslet l-Unjoni għal min irid jipparteċipa f’dan il-proġett huma relatati mal-emissjonijiet tal-mezzi tat-trasport użati mill-parteċipanti u t-tul tal-vjaġġ. L-applikazzjonijiet infetħu fl-20 ta’ Marzu u jagħlqu fit-30 ta’ Ġunju. Dawk magħżula għandhom sal-31 ta’ Diċembru tal-2018 biex jużaw dawn il-fondi.

PARTNERSHIP

BREXIT bdiet issir realta`. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May għaddiet il-karti tad-divorzju lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. May kienet ċara ...
Read More

IT-TOROK JIVVOTAW FIL-ĠERMANJA

Aktar minn 1.4 miljun ruħ b’dixxendenza Torka huma eleġibbli biex jivvotaw fil-Ġermanja għal referendum Tork bejn is-27 ta’ Marzu u ...
Read More

L-ISVEZJA TĦEJJI GĦALL-ĦOFRA TAL-BREXIT

L-Isvezja qalet li l-flejjes Ewropej għandhom imorru f’oqsma bħall-immigrazzjoni u s-sigurta` aktar milli f’għajnuna għas-settur tal-biedja. Il-pagamenti tal-Unjoni lejn l-istati ...
Read More

INFORMAZZJONI DWAR IS-SAJD TINTUŻA KONTRA L-INTERESSI TAS-SAJJIEDA TRADIZZJONALI MALTIN

Informazzjoni miġbura dwar l-industrija tas-Sajd qed tintuża għad-detriment tas-sajjieda tradizzjonali Maltin u Għawdxin fl-allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd u fuq bażi nazzjonali ...
Read More

BONDS BIEX IĦALLSU D-DJUN

Mill-2009 ’l hawn il-kumpaniji l-kbar mhux qed jiksbu ħafna mis-self tagħhom mill-banek Ewropej. Allura minn fejn qed iġibu l-flus u ...
Read More

L-AKBAR KUMMERĊ MAĊ-ĊINA U L-ISTATI UNITI

Terz tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea isir maċ-Ċina u l-Istati Uniti. 17.7% tal-kummerċ isir mal-Istati Uniti filwaqt li 14.9% tal-kummerċ isir maċ-Ċina ...
Read More

VJAĠĠI GĦAL ŻGĦAŻAGĦ FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA

Il-Kummissjoni Ewropea se tiffinanzja vjaġġi għal żgħażagħ fl-UE li jinkludu l-gżejjer u r-reġjuni fil-periferija tal-Ewropa fosthom Malta, Ċipru, l-Islanda, Guadalupe ...
Read More

VISA BIEX TIDĦOL L-ISTATI UNITI

L-Istati Uniti għadha qed titlob visa liċ-ċittadini Ewropej li ġejjin mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Polonja u r-Rumanija. L-Unjoni Ewropea qalet li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment