Il-verità hi li m’għadx hemm mod raġonevoli li bih il-barranin jistgħu jappoġġjaw il-politika Iżraeljani lejn il-Palestinjani u l-UE għandha tistqarr dan b’mod ċar, iddikjara Alfred Sant fil-Parlament Ewropew.

Fi stqarrija lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li Iżrael qed iħalli lill-Palestinjani biss bl-għażliet ta’ rabja u disperazzjoni. Huwa nnota li l-bidu tal-eskalazzjoni ta’ din il-ġimgħa oriġina bit-tkeċċija mistennija tal-familji Palestinjani mid-djar tagħhom f’Ġerusalemm tal-Lvant.

F’dibattitu plenarju dwar l-istrateġija tal-UE lejn l-Iżrael-Palestina mal-Ministru Portugiż tal-Affarijiet Barranin Augusto Santos Silva li jirrappreżenta l-Presidenza tal-Kunsill, il-Membri tal-Parlament Ewropew esprimew it-tħassib estrem tagħhom dwar l-eskalazzjoni tal-vjolenza u appellaw għal tmiem immedjat tal-ġlied biex jiġu evitati iktar vittmi ċivili.

Huma ssottolinjaw ukoll il-ħtieġa għal djalogu u biex jerġgħu jibdew in- negozjati dwar soluzzjoni ta’ żewġ stati, u kkundannaw il-mewġiet reċenti ta’ antisemitiżmu fl-Ewropa kkawżati mit-tkomplija tal-kunflitt.

Fl-istqarrija tiegħu, Alfred Sant iddikjara li t-tit-for-tat legali ma jistax jaħbi aktar li l-politika Iżraeljana għandha l-għan li tagħlaq il-Palestinjani f’Bantustan taħt dominazzjoni Iżraeljana, anke waqt li aktar artijiet Palestinjani jittieħdu minn settlers illegali Iżraeljani.

“Li ssostni b’mod ritwali li dawk li jirreżistu dan huma terroristi u antisemiti m’għadhux validu”, qal Alfred Sant.

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li l-politika tal-UE għandha tibni fuq apprezzament sinċier u onest ta’ fejn jinsabu r-responsabbiltajiet għal dan l-istat traġiku


No reasonable way by which outsiders can support Israeli policies towards Palestinians

The truth is that there is no longer any reasonable way by which outsiders can support Israeli policies towards the Palestinians and the EU should make this clear, Alfred Sant stated in the European Parliament.

In a statement to the plenary session of the European Parliament, Alfred Sant said that Israel is leaving Palestinians only with the options of anger and despair. He noted that the start of this week’s escalation originated with the expected eviction of Palestinian families from their East Jerusalem homes.

In a plenary debate on the EU strategy towards Israel-Palestine with Portuguese Minister of Foreign Affairs Augusto Santos Silva representing the Council Presidency, MEPs expressed their extreme concern over the renewed escalation of violence and called for an immediate end to the fighting to avoid further civilian casualties.

They also underlined the need for dialogue and for negotiations on a two-state solution to resume, and condemned recent waves of anti-Semitism in Europe triggered by the renewed conflict.

In his statement, Alfred Sant stated that legal tit-for-tat cannot hide any more that Israeli policy aims to enclose Palestinians in a Bantustan under Israeli domination, even while more Palestinian lands are taken over by illegal Israeli settlers.

“Ritual claims that those who resist this are terrorists and anti-semites no longer hold water”, Alfred Sant said.

Alfred Sant told the European Parliament that EU policy should build on a frank and honest appreciation of where the responsibilities lie for this tragic state of affairs.

Alfred Sant iressaq 123 emenda dwar ir-reżiljenza diġitali tas-settur finanzjarju

Bħala rapporteur għall-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant ressaq total ta’ 123 emenda għal rapport dwar ir-Reżiljenza Operattiva ...
Read More

L-ebda mod raġonevoli li bih barranin jistgħu jappoġġjaw il-politika Iżraeljania lejn il-Palestinjani – Alfred Sant

Il-verità hi li m’għadx hemm mod raġonevoli li bih il-barranin jistgħu jappoġġjaw il-politika Iżraeljani lejn il-Palestinjani u l-UE għandha tistqarr ...
Read More

Il-vuċi tal-konsumaturi għandha tingħata widen fir-reviżjoni tas-settur tal-Assigurazzjoni – Alfred Sant

Fid-dibattitu dwar il-futur sostenibbli tas-settur Ewropew tal-Assigurazzjoni, il-vuċi tal-konsumaturi, tal-investituri żgħar u ta’ dawk kollha li għandhom polza tal-assigurazzjoni, jinħtieġ ...
Read More

Alfred Sant jesprimi nuqqas ta’ qbil dwar ir-regolamenti tal-Premju tal-UE għal-Letteratura

Alfred Sant esprima nuqqas ta’ qbil mar-regolamenti tal-Premju tal-Letteratura tal-Unjoni Ewropea u talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tispjega għaliex kittieba nominati ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment