IL-Viċi President tal-Istati Uniti Mike Pence saħaq li l-pajjiżi Ewropej għandhom jimitaw lil pajjiżu u jirtiraw mill-ftehim nukleari tal-2015 mal-Iran. B’dan il-ftehim numru ta’ potenzi mid-dinja kollha qablu li jneħħu s-sanzjonijiet minn fuq l-Iran jekk dan inaqqas mill-programm nukleari tiegħu.

L-Istati Uniti irtirat minn dan il-ftehim u reġgħet imponiet sanzjonijiet fuq l-Iran.

Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-UE, ir-Russja u ċ-Ċina bdew jaħdmu biex iżommu fis-seħħ dan il-ftehim.

Il-President tal-Istati Uniti Trump qal li l-ftehim huwa ‘difettuż’

“Ir-reġim Iranjan jinvoka Olokawst ieħor, u jipprova jsib il-mezzi biex jiksbu” qal Pence.

Il-Kanċilliera Angela Merkel iddefendiet il-ftehim nukleari u qalet li dan għandu jibqa’ biex l-Iran ma jibqax jibni l-armi nukleari.

Dawn id-dikjarazzjonijiet saru fil-Konferenza Annwali tas-Sigurta` fi Munich u jirriflettu differenza kbira fil-politika barranija tal-Istati Uniti u tal-Ewropa.

NIDDEFENDU LIŻ-ŻGĦIR FIL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Partit Laburista se jibqa’ jiddefendi liż-żgħir fil-Parlament Ewropew. Dan qalu l-MEP Alfred Sant, waqt li saħaq li d-deċiżjonijiet meħuda fl-Unjoni ...
Read More

L-ISTATI UNITI U L-EWROPA MA JAQBLUX DWAR L-IRAN

IL-Viċi President tal-Istati Uniti Mike Pence saħaq li l-pajjiżi Ewropej għandhom jimitaw lil pajjiżu u jirtiraw mill-ftehim nukleari tal-2015 mal-Iran ...
Read More

NEGOZJU TAŻ-ŻEJT BL-EWRO

L-Unjoni Ewropea laqqgħet grupp tal-ġganti Ewropej tal-enerġija bħal OMV, Eni, Fluxys u Engie bil-għan li l-ewro tieħu post id-dollaru Amerikan ...
Read More

ELEZZJONI QABEL IŻ-ŻMIEN GĦAL SPANJA

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez ħabbar elezzjoni bikrija fit-28 ta’ April, 9 xhur biss minn mindu sar Prim Ministru, wara li ma ...
Read More

IL-ĦIDMA AGRARJA JIXIRQILHA KULL APPOĠĠ

L-MEP Laburista Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu għall-ħidma agrarja ta’ familja tal-bdiewa minn Ħad-Dingli li jaħdmu art agrikola fil-wied tar-raħal ...
Read More

IL-QGĦAD FI FRANZA JMISS IL-QIEGĦ

Il-qgħad fi Franza niżel fl-inqas livelli mill-2009 lil hawn. Dan minkejja d-dimostrazzjonijiet ta’ dawk imlaqqma bħala tal-'ġakketta safra' u minkejja ...
Read More

DAQSHEKK PRODUZZJONI TAL-AIRBUS

Airbus ħabbret li sal-2021 tkun waqfet il-produzzjoni tal-A380 , l-ikbar ajruplan tal-passiġġieri. Dan wara li l-linja tal-ajru Emirates naqqset il-flotta ...
Read More

L-ARABJA SAWDIJA FIL-LISTA S-SEWDA

Il-Kummissjoni Ewropea żiedet l-Arabja Sawdija fil-lista s-sewda minħabba r-rifjut tagħha li twaqqaf il-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus. Entitajiet Ewropej li ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment