Il-linji kollha tal-ajru Libjani mhumiex jitħallew itajru l-ajruplani tagħhom fuq il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Lista sħiħa bil-kumpaniji tal-ajru li ma għandhomx permess li jtajru l-ajruplani tagħhom fiż-żoni tal-Unjoni Ewropea, tinkludi 300 linja tal-ajru li ġejjin minn għoxrin pajjiż: Afghanistan, Angola, Benin, Repubblika tal-Kongo, Repubblika Demokratika tal-Kongo, Djibouti, Guinea Ekwitorjali, Eritrea, Gabon, Indonesia, Kazakhstan, Kyrgyzstan, Liberja, Libja, Mozambique, Nepal, Filippini, Sierra Leone, São Tomé u Príncipe, Sudan u Zambia.
Il-Kummissarju tat-Trasport Violeta Bulc, qalet li s-sitwazzjoni fil-Libja aggravat u l-awtoritajiet tal-avjazzjoni Libjani mhux qegħdin f’sitwazzjoni li jiżguraw is-sigurta` fis-settur tal-avjazzjoni Libjana.

Facebook Comments

Post a comment