Il-Baħar Mediterran kien l-iktar baħar li fih mietu nies fis-sena 2014. L-Aġenzija tar-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda qalet li mill-inqas mietu 3, 419 immigrant f’dan il-baħar, jiġifieri 80% tal-imwiet kollha fl-ibħra li fihom jaqsmu l-immigranti.

L-iktar rotta li jippreferu l-immigranti hija proprju dik tal-Mediterran fejn is-sena l-oħra 207,000 ippruvaw jaqsmu l-baħar. Din iċ-ċifra tfisser li 60% tal-ivjaġġar klandestin fuq il-baħar isir fiż-żona tal-Mediterran u jieqaf fis-Sud tal-Ewropa. Minħabba dan l-Italja u Malta huma l-iktar pajjiżi vulnerabbli għall-influss ta’ immigranti.
L-akbar numru ta’ immigranti kienu mis-Sirja (60, 051) u mill-Eritrea (34, 561). Is-sena 2014 kienet sena rekord li fiha ġew salvati eluf kbar ta’ immigranti.

Facebook Comments

Post a comment