It-tfal fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea mhumiex jagħmlu biżżejjed attivita` sportiva.
L-iskejjel Ewropej qed inaqqsu wisq il-ħin iddedikat għall-isport matul il-ħin tal-iskola. L-isport huwa importanti ħafna għas-saħħa mentali u fiżika tat-tfal.

Permezz tal-isport it-tfal jitgħallmu valuri bħar-rispett u jsaħħaħ il-konċentrazzjoni li mbagħad taffettwa t-tagħlim akkademiku. Il-ministri kkonċernati huma inkwetati li r-rata ta’ sport tat-tfal tal-iskola naqset fil-pajjiżi membri kollha tal-Unjoni. Waħda mir-raġunijiet hija li ħafna tfal qed iżidu l-ħin jilagħbu l-video games u jużaw teknoloġiji ġodda.
Il-Kunsill Ewropew tal-Isport qal li s-sitwazzjoni tista’ titjieb jekk ikun hemm aktar attivitajiet extra-kurrikulari għat-tfal u jekk it-tfal ikunu involuti f’attivitajiet sportivi nazzjonali. L-ewwel ġimgħa Ewropea tal-Isport se ssir f’Settembru tal-2015 fuq inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea.

Facebook Comments

Post a comment