Il-Lussemburgu, l-Irlanda, il-Belġju u Ċipru huma fost l-aqwa tax havens fid-dinja. Fl-ewwel postijiet għall-aqwa tliet tax havens tad-dinja insibu Bermuda, Cayman Islands u l-Olanda. L-Isvizzera, Singapore, Hong Kong, il-Bahamas, Jersey u l-British Virgin Islands ukoll qegħdin fuq quddiem nett tal-lista, ikkonkluda rapport ippubblikat ta’ Oxfam, għaqda mhux governattiva (NGO).

L-Olanda saret it-tielet l-aħjar tax haven fil-lista tal-aqwa 15 bis-saħħa tal-inċentivi fil-qasam tat-taxxa. L-Irlanda kklassifikat fis-sitt post ta’ din il-lista minħabba rata ta’ taxxa favorevoli ħafna għall-kumpaniji kbar kif ukoll minħabba t-tax breaks. Biżżejjed insemmu li Dublin qed jirrifjuta li jiġbor €12-il biljun ewro f’taxxa mingħand il-kumpanija Amerikana Apple.

Il-Lussemburgu qiegħda fil-lista minħabba l-istess raġunijiet tal-Olanda. Il-LuxLeaks urew kif l-awtoritajiet tat-taxxi ta’ dan il-pajjiż kienu innegozjaw ma’ kumpaniji kbar biex bil-moħbi jingħataw rati vantaġġjużi ħafna ta’ taxxa. Il-liġijiet fiskali fl-Ewropa jvarjaw minn pajjiż għal pajjiż, ħaġa li tippermetti lill-pajjiżi differenti jissettjaw rati ta’ taxxa b’tali mod li jagħtu vantaġġ akbar lil min imur joqgħod għandhom.

Meta sar President tal-Kummissjoni Ewropea Juncker wiegħed li se jagħti spinta kbira ’l quddiem lil miżuri Ewropej biex titrażżan l-evażjoni tat-taxxa. Wara l-Luxleaks u l-Karti tal-Panama, qam kurrent qawwi favur armonizzazzjoni tat-tassazzjoni. Dan għandu impatt sħiħ fuq it-tmexxija tas-servizzi finanzjarji u jnaqqas it-tieqa li fiha s-servizzi finanzjarji jistgħu jkomplu jiżviluppaw f’pajjiżna. Jnaqqas ukoll l-awtonomija tal-gvernijiet nazzjonali tal-istati membri.

 

X’SE ĠĠIB MAGĦHA S-SENA 2017?

Is-sena 2017 se tkun determinanti fuq bosta fronti fil-qasam politiku u fit-tmexxija tal-UE. Uħud mill-isfidi għas-sena l-ġdida huma prevedibbli bħal ...
Read More

PAJJIŻI EWROPEJ FOST L-AQWA ‘TAX HAVENS’ TAD-DINJA

Il-Lussemburgu, l-Irlanda, il-Belġju u Ċipru huma fost l-aqwa tax havens fid-dinja. Fl-ewwel postijiet għall-aqwa tliet tax havens tad-dinja insibu Bermuda, ...
Read More

SE NIBQGĦU NIDDEFENDU L-INTERESSI NAZZJONALI

Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li s-sena d-dieħla l-Ewroparlamentari Laburisti se jibqgħu jħarsu l-interessi ta’ Malta u ...
Read More

2,500 EWROPEW FIS-SIRJA U FL-IRAQ

Madwar 2,500 ċittadin Ewropew qegħdin is-Sirja u l-Iraq. In-numru ta’ ċittadini Ewropej f’dawn il-pajjiżi naqas hekk kif bejn 15% u ...
Read More

KONTROLLI FUQ IVVJAĠĠAR FL-UE

Negozjaturi tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ewropa qablu li jsiru kontrolli fuq kull vjaġġatur, anki ċittadini Ewropej, li joħorġu jew jerġgħu ...
Read More

JONQSU L-IMMIGRANTI MILL-BAĦAR EĠEW

Il-Kummissjoni Ewropea kellha reazzjonijiet pożittivi għall-implimentazzjoni  tal-ftehim bejn l-UE u t-Turkija u innotat progress dwar l-imigrazzjoni. In-numru ta’ immigranti li ...
Read More

L-UE TRID TKUN QRIB IĊ-ĊITTADINI

L-Unjoni Ewropea trid issib soluzzjonijiet ekonomiċi li jolqtu l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini. Il-qafas ekonomiku tar-regoli u politika tal-Unjoni Ewropea huma wisq kumplessi ...
Read More

BALLU RJALI FI VJENNA

Vjenna se tkun l-isbaħ belt Ewropea biex tiċċelebra l-Ewwel tas-Sena fid-dinja tal-aristokrazija. Dik li mitt sena ilu kienet iċ-ċentru tal-Imperu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment