Il-grupp tal-ewro huwa l-grupp li fih jiltaqgħu l-ministri tal-finanzi taż-żona tal-ewro. Jiġifieri pajjiżi oħra li jinsabu fl-Unjoni Ewropea imma li ma jużawx l-ewro ma jattendux għal din il-laqgħa. F’dan il-grupp il-ministri tal-finanzi tal-pajjiżi jiddiskutu l-politika ekonomika ewropea tal-pajjiżi fiż-żona ewro. Dan l-aħħar dan il-grupp ħa importanza kbira minħabba l-kriżijiet finanzjarji ta’ pajjiżi membri fiż-żona ewro bħal Irlanda, il-Greċja, Ċipru u Spanja. Dan għaliex il-grupp tal-ewro ssejjaħ biex isib soluzzjonijiet għal dawn il-kriżijiet.
Il-Grupp tal-Ewro normalment jiltaqa’ darba fix-xahar, lejlet il-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Il-viċi president tal-Kummissjoni għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji u l-president tal-Bank Ċentrali Ewropew ukoll jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Grupp tal-Ewro.
Il-Grupp tal-Ewro jeleġġi l-president tiegħu għal mandat ta’ sentejn u nofs. Il-President attwali hu Jeroen Dijsselbloem, li huwa wkoll il-Ministru tal-Finanzi tal-Olanda. Il-Grupp tal-Ewro jfassal programm ta’ ħidma kull sitt xhur. F’dan il-programm jitniżżlu l-prijoritajiet biex ikunu diskussi fil-laqgħat.

Facebook Comments

Post a comment