Jeremy Corbyn qal li l-labour Ingliż huwa l-uniku partit li jerġa’ jgħaqqad lil Brittaniċi. Waqt li nieda l-kampanja tal-partit tiegħu għall-elezzjonijiet Ewropej Corbyn kien vag dwar il-possibilita` tat-tieni referendum.
“Aktar minn 17-il miljun ruħ ivvotaw biex joħorġu mill-UE, u bħala soċjalisti demokratiċi ma nistgħux ninjorawh dan. Imma ma nistgħux naċċettaw il-mod kif il-Gvern qed jinnegozja l-Brexit.”
Il-mexxej laburista Ingliż qal li mhux beħsiebu jkollu taħdidiet ma’ Theresa May għal xi tip ta’ ftehim dwar in-negozjati tal-Brexit.
L-Uffiċċjali tal-partit qed jaħsbu li l-Labour Ingliż qed jitlef il-voti ta’ dawk li jridu jibqgħu membri fl-Unjoni Ewropea u qed jistennew li l-partit ma jmurx tajjeb fl-elezzjonijiet.
Il-partit ta’ Nigel Farage – ewlieni fil-kampanja kontra l-Brexit mistenni li jġib l-aktar voti fl-elezzjonijiet Ewropej tal-24 ta’ Mejju.
Il-Partit tal-Konservattivi ta’ Theresa May mistenni jiġi fis-sitt post fl-elezzjonijiet li jfisser riżultat medjokri ta’ inqas minn 10% tal-voti.
PRIJORITÀ : IS-SOVRANITÀ TAT-TASSAZZJONI
Read More
LARA COMI AKKUŻATA B’TANĠENTI FL-ITALJA
Read More
CORBYN: IL-LABOUR JERĠA’ JGĦAQQAD IL-BRITTANIĊI
Read More
TAL-PN FAVUR L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI
Read More
VERDETT FUQ MACRON
Read More
AKTAR SPAZJU GĦALL-ARTISTI MALTIN FL-EWROPA
Read More
POLITIKA LI TIŻGURA L-ĦARSIEN TAL-ĦADDIEMA
Read More
L-ITALJA LESTA TIKSER IR-REGOLI FINANZJARJI EWROPEJ
Read More
Post a comment