Vladimir Putin jgħid li s-sanzjonijiet li imponiet l-Unjoni Ewropea fuq ir-Russja huma assurdi u qed iweġġgħu liż-żewġ naħat. Hu qal li s-sanzjonijiet tal-Punent mhux immirati biex jgħinu l-Ukraina imma huma immirati biex jagħtu daqqa ta’ ħarta politika lir-Russja. ‘Wara l-wagqħa tal-ħajt ta’ Berlin, l-Ewropej issa qed jippruvaw jibnu ħitan inviżibbli bejn l-Ewropa u r-Russja’, widdeb Putin. L-UE fl-2014 imponiet is-sanzjonijiet wara li r-Russja għaqqdet il-Krimea magħha u appoġġjat lill-gruppi separatisti fil-Lvant tal-Ukraina.
Putin qal li l-gvern Ukren fi Kiev huwa ħati li ma rnexxilux jimplimenta il-ftehim ta’ Minsk biex jieqaf il-ġlied. ‘Il-Gvern Ukren ma wettaqx it-tibdil kostituzzjonali li jagħti l-awtonomija lil-Lvant tal-Ukraina sal-2015. Dan ma sarx u s-sena spiċċat. It-tort mhux tar-Russja.’ qal Putin.
Putin ammetta li s-sanzjonijiet qed iweġġgħu l-ekonomija Russa imma qal li l-ikbar ħsara qed isseħħ minħabba l-prezzijiet baxxi tal-enerġija. Minkejja x-xkiel, Putin qal li l-ekonomija Russa qed tistabilizza ruħha u għalkemm il-Prodott Gross Domestiku niżel b’3.8% u l-inflazzjoni telgħet bi 12.7%, ir-Russja kellha żieda fl-esportazzjoni. Ir-Russja għandha $300 biljun dollaru f’riservi tad-deheb u bħalissa għaddejjin programmi ta’ modernizzar tal-ekonomija qal Putin.
Putin qal li l-espansjoni tan-NATO fil-pajjiżi tal-Lvant swiet biex ixxellef aktar ir-relazzjonijiet bejn ir-Russja u l-Ewropa.
Malta u l-Unjoni Ewropea NL31
Read More
1.5 MILJUN AKTAR REFUĠJATI GĦALL-ĠERMANJA FL-2016
Read More
PAJJIŻI TAL-LVANT JITBEGĦDU MILL-ĠERMANJA
Read More
L-IMMIGRANTI GĦADHOM DEĦLIN MIT-TURKIJA
Read More
ĦITAN INVIŻIBBLI BEJN L-EWROPA U R-RUSSJA
Read More
L-ISFIDI EWROPEJ SE JAFFETTWAW LIL MALTA FL-2016
Read More
IŻ-ŻONA EWRO BDIET TIRPILJA
Read More
JONQOS IL-QGĦAD FL-UNJONI EWROPEA
Read More
IL-PRESIDENZA TAL-KUNSILL TAL-UE
Read More
IL-VOT LIN-NISA
Read More
Post a comment