Il-Kummissjoni Ewropea qalet li għadha mhux kuntenta bl-isforzi tat-Turkija biex tikkontrolla l-influss tal-immigranti lejn l-Ewropa. 90, 000 ruħ waslu fil-Greċja mit-Turkija fix-xahar ta’ Diċembru meta mqabbel ma’ 100,000 fix-xahar ta’ Novembru. F’Novembru t-Turkija wiegħdet li tnaqqas l-immigranti Sirjani li jridu jitilqu minn xtutha billi qablet mal-awtoritajiet tal-UE li jagħtuha €3 biljun ewro.
Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea FransTimmermans qal li l-figuri għadhom għoljin; imma fiduċjuż li t-Turkija timplimenta l-pjan ta’ azzjoni dwar l-immigrazzjoni. Hu jemmen li l-kooperazzjoni mat-Turkija hija xi ħaġa pożittiva. Il-Kanċilliera Ġermaniża wkoll tittama li l-ftehim mat-Turkija jirnexxi. Il-Ministru tal-Intern Ġermaniż Thomas de Maiziere qal li t-tnaqqis żgħir fin-numru ta’ immigranti huwa dovut minn baħar qawwi. ‘L-awtoritajiet Torok ftit qed jagħmlu biex jonqsu l-immigranti’, qal il-Ministru Ġermaniż.
Malta u l-Unjoni Ewropea NL31
Read More
1.5 MILJUN AKTAR REFUĠJATI GĦALL-ĠERMANJA FL-2016
Read More
PAJJIŻI TAL-LVANT JITBEGĦDU MILL-ĠERMANJA
Read More
L-IMMIGRANTI GĦADHOM DEĦLIN MIT-TURKIJA
Read More
ĦITAN INVIŻIBBLI BEJN L-EWROPA U R-RUSSJA
Read More
L-ISFIDI EWROPEJ SE JAFFETTWAW LIL MALTA FL-2016
Read More
IŻ-ŻONA EWRO BDIET TIRPILJA
Read More
JONQOS IL-QGĦAD FL-UNJONI EWROPEA
Read More
IL-PRESIDENZA TAL-KUNSILL TAL-UE
Read More
IL-VOT LIN-NISA
Read More
Post a comment