Il-futur ta’ Malta fl-2016 jiddependi ħafna mill-mod kif l-Ewropa taffaċċja l-isfidi dwar l-immigrazzjoni, it-terroriżmu, l-andament taż-żona ewro u n-negozjati mar-Renju Unit li se jwasslu għal referendum dwar is-sħubija ta’ dan il-pajjiż fl-Unjoni. Malta ilha żmien twil tagħmel kummerċ mar-Renju Unit u jekk dan il-pajjiż joħroġ barra mill-UE, Malta se tħossha. Dan qalu Alfred Sant fil-programm televiżiv ‘Malta u L-Unjoni Ewropea’. Dr. Sant qal lil ġurnalista Bryony Bartolo li l-avvenimenti u d-deċiżjonijiet li se tieħu l-Ewropa fix-xhur li ġejjin se jaffettwaw direttament lil Malta u lil Għawdex. Dr Sant qal li sfortunatament, iffaċċjata b’dawn il-kriżijiet, l-Ewropa mhux qed tibqa’ magħquda u l-istati membri individwali qed jieħdu pożizzjonijiet differenti minn dawk tal-UE. Huwa inkwetanti li partiti estremi, kemm tax-xellug u kemm tal-lemin estrem, qed jiksbu r-riżultati fl-elezzjonijiet. Hekk ġara fi Spanja u fi Franza.

Dr Sant qal li l-Ewropa għad trid issib qbil rigward il-politika u t-tqassim ta’ eluf ta’ immigranti li qed jaslu mill-Afrika ta’ Fuq u mil-Lvant Nofsani. Iż-żona ewro għad trid tara r-riżultat. Il-qgħad, speċjalment bejn iż-żgħażagħ, għadu għoli ħafna minkejja li l-affarijiet tjiebu.

Dr Sant qal li minkejja dan kollu, l-ekonomija ta’ Malta sejra tajjeb u se tibqa’ fuq din il-linja għas-sentejn li ġejjin. Dr Sant semma kif żewġ setturi importanti għall-ekonomija Maltija – it-turiżmu u s-servizzi finanzjarji – baqgħu jissaħħu. Il-politika ta’ ‘one-size-fits all’ fuq it-tassazzjoni mhux se tolqot tajjeb is-settur tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna li tant kiber u kiseb suċċess matul is-snin. Huwa importanti li l-Gvern Malti, l-Oppożizzjoni u l-Membri Parlamentari Ewropej kollha jibqgħu jiddefendu s-sistema ta’ tassazzjoni ta’ Malta, għax hija mfassla apposta għaċ-ċirkostanzi speċjali ta’ pajjiżna. ‘Għalkemm għandna nkunu favur it-trasparenza fil-politika ta’ tassazzjoni, għandna nibqgħu niddefendu l-interessi nazzjonali tagħna.’ qal Dr Sant meta rrefera għall-vot li ttieħed riċentement fil-Parlament Ewropew u li fih is-sitt Ewroparlamentari Maltin ivvotaw kontra. Il-vot kien dwar il-proposta li jkun hemm armonizzazzjoni fit-taxxi bejn il-pajjiżi tal-UE kollha.

Mistoqsi dwar l-effetti negattivi tar-regoli tal-UE fuq l-agrikoltura u s-sajd Malti, Dr Sant fakkar li n-numru ta’ sajjieda u bdiewa tal-gżejjer Maltin naqas bin-nofs. ‘Bidwi Ewropew normalment jaħdem 53 ettari ta’ art, filwaqt li f’Malta u Għawdex bidwi jaħdem medja ta’ ettaru ta’ art. Minn dejjem kien ovvju li r-regoli tal-UE kienu se jaffettwaw ħażin lil bdiewa u s-sajjieda Maltin. Li rridu nagħmlu issa huwa li naraw x’inhi l-aħjar ħidma fiċ-ċirkostanzi preżenti, sakemm forsi l-UE tbiddel ir-regoli iebsa tagħha għall-istati l-membri ż-żgħar. Dan ma tantx jidher li se jseħħ malajr.’ qal Dr Sant.

Dr Sant qal li minkejja l-progress li rreġistra Għawdex fl-aħħar sentejn, il-gżira Għawdxija teħtieġ trattament speċjali meta jiġu biex ikunu applikati r-regoli tal-UE għall-kompetizzjoni. L-insularita` doppja ta’ Għawdex trid tkun bilanċjata b’attivita` ekonomika ġdida, titjieb fis-sistemi tal-IT u konnessjonijiet bil-baħar. Dawn l-affarijiet huma importanti biex jibbilanċjaw ir-regoli ‘one-size-fits-all’ li jagħmlu l-ħsara lil Għawdex. Irridu naħdmu biex l-UE tagħti trattament speċjali għal Għawdex. Il-Gvern qed jagħmel sew li jieħu inizzjattivi ġodda favur investiment speċjali f’Għawdex, bħal dak tas-settur tas-saħħa. Inizjattivi bħal dawn, irrispettivament mir-regoli tal-UE, joħolqu x-xogħol għaż-żgħażagħ, qal Dr Sant.

Tista’ ssegwi l-programm fuq din il-link :

https://www.youtube.com/watch?v=kYz21cm7DP8

Malta u l-Unjoni Ewropea NL31

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

1.5 MILJUN AKTAR REFUĠJATI GĦALL-ĠERMANJA FL-2016

Wara l-attakki sesswali f’Cologne u bliet oħra Ġermaniżi, l-akbar sfida ta’ Angela Merkel hija dik li tiżgura liċ-ċittadini tagħha li ...
Read More

PAJJIŻI TAL-LVANT JITBEGĦDU MILL-ĠERMANJA

Is-Slovakkja, il-Polonja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka qegħdin jitbegħu mill-pożizzjoni tal-Ġermanja dwar l-Immigrazzjoni. Il-Kapijiet ta’ dawn il-pajjiżi ‘l-ġodda’ tal-UE qegħdin jitkellmu ...
Read More

L-IMMIGRANTI GĦADHOM DEĦLIN MIT-TURKIJA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li għadha mhux kuntenta bl-isforzi tat-Turkija biex tikkontrolla l-influss tal-immigranti lejn l-Ewropa. 90, 000 ruħ waslu fil-Greċja ...
Read More

ĦITAN INVIŻIBBLI BEJN L-EWROPA U R-RUSSJA

Vladimir Putin jgħid li s-sanzjonijiet li imponiet l-Unjoni Ewropea fuq ir-Russja huma assurdi u qed iweġġgħu liż-żewġ naħat. Hu qal ...
Read More

L-ISFIDI EWROPEJ SE JAFFETTWAW LIL MALTA FL-2016

Il-futur ta’ Malta fl-2016 jiddependi ħafna mill-mod kif l-Ewropa taffaċċja l-isfidi dwar l-immigrazzjoni, it-terroriżmu, l-andament taż-żona ewro u n-negozjati mar-Renju ...
Read More

IŻ-ŻONA EWRO BDIET TIRPILJA

B’mod kajman u bis-saħħa ta’ stimolu qawwi mill-Bank Ċentrali Ewropew, iż-żona ewro qed turi sinjali li qed tirpilja. Fl-aħħar kwart ...
Read More

JONQOS IL-QGĦAD FL-UNJONI EWROPEA

Ir-rata tal-qgħad fiż-żona ewro kienet ta’ 10.5% u 9.1% fit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea kollha. Din hija l-iktar rata baxxa ta’ ...
Read More

IL-PRESIDENZA TAL-KUNSILL TAL-UE

Bil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nkunu qed infissru l-post li jirrappreżenta l-gvernijiet tal-Istati Membri. Huwa fil-Kunsill li l-ministri nazzjonali ta’ kull pajjiż ...
Read More

IL-VOT LIN-NISA

Fis-seklu dsatax in-nisa f’ħafna pajjiżi bdew isiru konxji tad-drittijiet tagħhom u b’hekk saru aktar attivi fil-ħidma tagħhom biex fost oħrajn ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment