Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex għandha tkun kontestata fil-livelli kollha għaliex ħafna drabi l-persistenza twasslek biex tirbaħ dak li huwa tiegħek”. Dan qalu Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew meta indirizza l-Konferenza Annwali taċ-Ċentru Laburista tal-Imġarr Malta. ‘Meta staqsejt lill-Kummissjoni Ewropea għal aktar flessibilita` dwar il-ħtiġijiet tal-bdiewa Maltin u Għawdin, il-Kummissarju Hogan qal li l-politika komuni tal-agrikoltura kienet diġa` flessibbli f’dan ir-rigward.’ qal Dr. Sant.
Dr. Sant spjega kif l-agrikoltura Maltija għandha karatteristiċi differenti ħafna minn setturi oħra tal-biedja fi stati membri tal-UE. “Per eżempju bidwi f’Malta għandu 1.2 ettari ta’ ghelieqi, fil-pajjiżi l-kbar il-medja hija bejn 50 u 60 ettari”. Dr. Sant qal li f’Awwissu 2014 kien qal lill-Kummissjoni Ewropea li l-bdiewa u raħħala Maltin kellhom bżonn l-appoġġ u l-kumpens minħabba l-embargo tar-Russja kontra l-UE. Dan minkejja li dawn ma jesportawx lejn ir-Russja. “Meta staqsejt lill-Kummissjoni Ewropea biex tgħin lill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin, il-KE ma kkommettietx ruħha”, qal Dr. Sant.
Dr. Sant qal li f’Settembru 2014 reġa’ ppressa l-bżonn ta’ protezzjoni għall-produtturi tal-laħam tal-majjal fil-Parlament Ewropew wara l-embargo Russu.
Finalment f’Ottubru 2015 il-Kummissjoni Ewropea aċċettat li talloka €119,570 lill-produtturi tal-laħam tal-majjal f’Malta u li tippermetti lill-Gvern Malti jintroduċi kumpens żejjed. “Is-settur agrikolu Malti jeħtieġ li jkompli jressaq il-pożizzjoni speċjali tiegħu biex jingħata rikonoxximent u l-appoġġ li tant għandu bżonn”, sostna Dr. Sant.
Malta u l-Unjoni Ewropea NL33
Read More
KULĦADD JAQBILLU, ĦLIEF MALTA
Read More
M’HEMMX PJAN B GĦAL-LIBJA
Read More
L-OGĦLA THEDDIDA F’GĦAXAR SNIN
Read More
KEMM TISWA T-TNEĦĦIJA TAX-XENGEN?
Read More
JONQSU S-SIRJANI, JIŻDIEDU L-IRAQQINI
Read More
IL-POLITIKA TAL-UE DWAR L-AGRIKOLTURA MALTIJA GĦANDHA TKUN IKKONTESTATA FUQ IL-LIVELLI KOLLHA
Read More
GĦANDHOM IŻOMMU L-FLESSIBILITA` LI FADLILHOM
Read More
UĠIGĦ TA’ RAS GĦAL BANK ĊENTRALI EWROPEW
Read More
GĦAWDEX JEĦTIEĠ TRATTAMENT SPEĊJALI
Read More
TA’ MIN JOGĦLA U TA’ MIN JONQOS
Read More
X’INHUMA L-KUMITATI TAL-PARLAMENT EWROPEW?
Read More
X’ILSNA JITGĦALLMU FL-EWROPA?
Read More
Post a comment