Riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew dwar l-insularita` ta’ reġjuni gżejjer fl-Unjoni Ewropea ġiet emendata mill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant biex tindirizza aħjar iċ-ċirkostanzi speċjali ta’ Għawdex li jeħtieġ trattament speċjali. Din ir-riżoluzzjoni tinkludi  l-problemi ta’ gżejjer bħal Għawdex, mingħajr kapital nazzjonali, marbuta ma’ stati gżejjer oħra. “F’ċirkostanzi bħal dawn, minħabba l-insularita` doppja, il-popolazzjoni tibqa’ tonqos anki waqt żmien ta’ tkabbir ekonomiku. Miżuri kompletament kwantitattivi mhux biżżejjed biex jindirizzaw il-problema. Qed nirreferi għal gżira ta’ Għawdex. Anki issa, bit-tkabbir ekonomiku li jaqbeż l-4% fis-sena għal gżira ta’ Malta, iż-żgħażagħ Għawdxin jgħidu li ma għandhomx futur fuq gżirithom.” qal Alfred Sant lill-Parlament Ewropew.

Dr Sant saħaq li t-tnaqqis fil-popolazzjoni se jsir irriversibbli fi gżejjer bħal Għawdex jekk ma jkunx permess li jittieħdu miżuri eċċezzjonali li mhux neċessarjament jaqblu mar-regoli u l-politika tal-Unjoni Ewropea. “Dawn il-miżuri għandhom jinvolvu intervent ekonomiku mis-settur pubbliku bis-sħubija mal-privat biex jinħolqu intrapriżi ġodda u impjiegi ġodda speċjalment għaż-żgħażagħ. Is-settur diġitali, is-servizzi finanzjarji, intrapriżi artiġjanali u agrarji u s-servizzi tas-saħħa kollha jistgħu jkunu fil-mira biex permezz tagħhom jitwaqqaf l-esodu tal-popolazzjoni. Dawn ikunu jistgħu joffru l-imjiegi kemm meta l-ekonomija nazzjonali tkun sejra tajjeb u kemm meta din tkun qed tbatti.” saħaq Dr. Sant.

Ir-riżoluzzjoni, approvata mill-Parlament Ewropew, tisħaq li reġjuni gżejjer għandhom karatteristiċi simili u speċifiċi u karatteristiċi oħra li jiddistingwuhom mir-reġjuni ċentrali. Dawn jistgħu jissarrfu f’ċerti impedimenti permanenti li jeħtieġu attenzjoni partikolari. Ir-riżoluzzjoni tirreferi għall-fatt li l-istati gżejjer tal-UE huma wkoll reġjuni li jinsabu fil-periferija tal-Ewropa u huma parti mill-fruntieri esterni tal-UE. Għalhekk huma partikolarment vulnerabbli għall-isfidi li l-Ewropa qed taffaċċja bħalissa. Tisħaq li turiżmu intensiv ikkonċentrat tul ċertu perijodi tas-sena u mhux ppjanati b’mod effettiv jista’ jfisser riskji għall-iżvilupp ambjentali u sostenibbli tal-gżejjer. Is-sejħa hija għall-konnettivita` aħjar bil-baħar, aċċess aħjar għall-portijiet u titjieb fis-servizzi tat-trasport bl-ajru. Il-Kummissjoni Ewropea qed tintalab titlaq bi studju jew analiżi dettaljata tal-ispejjeż żejda li jakkumulaw ir-reġjuni gżejjer, f’termini ta’ sistemi tat-trasport għan-nies u għall-prodotti, ħażna tal-enerġija u aċċess għas-swieq, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji. Aktar minn hekk ir-riżoluzzjoni tisħaq ukoll, li l-lat diġitali huwa vitali biex jikkumpensa għall-impedimenti fil-konnettivita` ta’ reġjuni gżejjer.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL33

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

KULĦADD JAQBILLU, ĦLIEF MALTA

Il-ftehim ta’ kummerċ bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP) se jħalli effett pożittiv fil-pajjiżi kollha tal-UE ħlief f’Malta. Din l-istqarrija ...
Read More

M’HEMMX PJAN B GĦAL-LIBJA

L-Unjoni Ewropea għamiltha ċara li ma hemmx aktar pjanijiet ħlief dak li jitwaqqaf gvern nazzjonali magħqud fil-Libja. L-UE u l-komunita` ...
Read More

L-OGĦLA THEDDIDA F’GĦAXAR SNIN

L-Unjoni Ewropea tinsab fl-ogħla livell ta’ theddid terroristiku li qatt kellha f’għaxar snin. Din it-twissija għamlitha l-Europol waqt l-inawgurazzjoni taċ-Ċentru ...
Read More

KEMM TISWA T-TNEĦĦIJA TAX-XENGEN?

Jekk iż-żona Xengen tispiċċa u l-pajjiżi li qegħdin fiha jerġgħu jdaħħlu l-kontrolli, flimkien jibdew jonfqu aktar minn €100 biljun. Studju ...
Read More

JONQSU S-SIRJANI, JIŻDIEDU L-IRAQQINI

Mill-bidu tal-2016 ’l hawn diġa` waslu 55, 000 immigrant, medja ta’ 2, 000 persuna kuljum. F’dan il-perijodu mietu 244 persuna ...
Read More

IL-POLITIKA TAL-UE DWAR L-AGRIKOLTURA MALTIJA GĦANDHA TKUN IKKONTESTATA FUQ IL-LIVELLI KOLLHA

Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex għandha tkun kontestata fil-livelli kollha għaliex ħafna drabi l-persistenza twasslek biex tirbaħ ...
Read More

GĦANDHOM IŻOMMU L-FLESSIBILITA` LI FADLILHOM

L-iżgħar pajjiżi fl-UE u dawk li qegħdin fil-periferija tagħha, ma għandhomx ikunu miċħuda mill-ftit flessibilita` li fadlilhom fil-politika tat-tassazzjoni. Dr ...
Read More

UĠIGĦ TA’ RAS GĦAL BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi wissa dwar il-konsegwenzi jekk l-inflazzjoni ma tiġix f’tagħha. ‘Ir-riskji li naġixxu tard wisq jiżbqu ...
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ TRATTAMENT SPEĊJALI

Riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew dwar l-insularita` ta’ reġjuni gżejjer fl-Unjoni Ewropea ġiet emendata mill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant biex tindirizza aħjar ...
Read More

TA’ MIN JOGĦLA U TA’ MIN JONQOS

Id-dejn pubbliku bħala perċentwal tal-PGD tal-Greċja, Ċipru, Belġju, Spanja, Franza, Kroazja, Italja u l-Portugall huwa f’livelli riskjużi. Fi tmiem l-2015 ...
Read More

X’INHUMA L-KUMITATI TAL-PARLAMENT EWROPEW?

Fil-Parlament Ewropew hemm aktar minn 20 kumitat. Fost il-kumitati nsibu dak ta’: L-affarijiet barranin, tad-drittijiet umani, tad-difiża u s-sigurta`, tal-kummerċ ...
Read More

X’ILSNA JITGĦALLMU FL-EWROPA?

L-Ingliż huwa l-aktar lingwa popolari fl-iskejjel Ewropej. Fl-Unjoni Ewropea, 98% tal-istudenti tas-sekondarja jistudjaw tal-inqas lingwa barranija waħda filwaqt li 60% ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment