Il-futur tal-glyphosate – il-bexx kontra l-ħaxix ħażin li jista’ jkun perikoluż għas-saħħa tal-bniedem –  issa huwa f’idejn il-Kummissjoni Ewropea. Dan wara li nhar il-ġimgħa kien impossibbli li jintlaħaq qbil bejn l-istati membri hekk kif kulħadd kien għadu miblugħ bir-riżultat tar-referendum tar-Renju Unit. Aktar kmieni dan ix-xahar, ukoll ittieħed vot fejn ma nkisbitx maġġoranza kwalitattiva la biex il-bexx jiġi approvat u l-anqas biex jitwaqqaf. Malta kienet l-uniku stat membru li vvota kontra l-użu tal-bexx. Fl-aħħar vot li ttieħed ftit tal-jiem ilu, Franza bidlet il-pożizzjoni tagħha u vvotat kontra l-bexx bħal Malta; seba’ stati astjenew – Ġermanja, Italja, Greċja, Awstrija, Bulgarija u Portugall. 19-il stat membru vvota favur l-użu tal-glyphosate.

Jumejn biss qabel ma kellha tiskadi l-liċenzja biex dan il-prodott ikun jista’ jibqa’ jinbiegħ fl-UE, il-Kummissjoni fis-skiet awtorizzat il-bexx b’mod temporanju għal sentejn oħra sakemm isiru aktar studji fuqu. Il-Kummissjoni għamlet minn kollox biex ma ġġorrx ir-responsabilita` ta’ din id-deċiżjoni waħedha. Id-deċiżjoni mhux se tinżel tajjeb ma’ bosta ċittadini Ewropej li huma konxji mir-riskji li dan il-bexx jista’ jkollu fuq saħħithom. 

Għalkemm ħafna ċittadini Ewropej ma jridux li jibqa’ jintuża dan il-bexx, il-bdiewa Ewropej jisħqu biex ikun approvat għal 15-il sena oħra minħabba li jsibuh effettiv ħafna.

L-AĦĦAR ĊENA

Il-PM David Cameron attenda għall-aħħar ċena mas-27 kap ta’ stat l-oħra fi Brussell biex jissiġilla l-ewwel u l-akbar divorzju rreġistrat ...
Read More

L-UE TRID TEVITA ŻEWĠ TENTAZZJONIJIET

Wara l-BREXIT se jkun hemm żewġ tentazzjonijiet fl-UE: l-ewwel tentazzjoni tkun dik li tagħmel  il-ftehim diffiċli għar-Renju Unit biex pajjiżi ...
Read More

ELEZZJONIJIET INKONKLUSSIVI FI SPANJA

Fit-tieni elezzjoni f’sitt xhur, Spanja resqet aktar viċin biex tifforma gvern. L-iktar li ġab voti (33%) kien il-Prim Ministru Mariano ...
Read More

GĦODDA BIEX JOĦORĠU AKTAR PAJJIŻI MILL-UE

Riżoluzzjoni biex ir-Renju Unit jattiva Artiklu 50 u joħroġ malajr kemm jista’ jkun mill-Unjoni Ewropea tista’ tkun għodda biex isiru ...
Read More

JINBIDLU R-REGOLI TAL-FRUNTIERI TAX-SCHENGEN

Ġiet approvata l-proposta li tbiddel ir-regoli tal-fruntieri tax-Schengen. Il-pjan hu li jibdew isiru kontrolli regolari fuq il-fruntieri, anki fuq iċ-ċittadini ...
Read More

890, 000 RUĦ KISBU ĊITTADINANZA EWROPEA FL-2014

Fl-2014, madwar 890, 000 persuna saru ċittadini ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea, tnaqqis ta’ 9% fuq is-sena 2013 fejn il-figura ...
Read More

DIFFIKULTAJIET GĦALL-BDIEWA EWROPEJ

Stħarriġ mill-organizzazzjoni tal-bdiewa Ewropej għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, juri li l-bdiewa huma mdejqin ħafna. Kaġun ta’ dan id-dwejjaq ...
Read More

ID-DESTIN TAL-GLYPHOSATE F’IDEJN IL-KUMMISSJONI

Il-futur tal-glyphosate – il-bexx kontra l-ħaxix ħażin li jista’ jkun perikoluż għas-saħħa tal-bniedem -  issa huwa f’idejn il-Kummissjoni Ewropea. Dan ...
Read More

JINBXU LIL XULXIN BL-INGLIŻ

Fil-Parlament Ewropew il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker qal lil Nigel Farage, Ewroparlamentari Ingliż li kien fost dawk li qanqal il-Brexit, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment