Il-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri mexjin lejn sanzjonijiet simboliċi kontra Spanja u l-Portugall wara li ripetittivament kellhom defiċit eċċessiv fil-baġits tagħhom filwaqt li l-kummissarji rrakkommandaw li dawn is-sanzjonijiet ikunu kkanċellati.
Il-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Pierre Moscovici qal li l-Kummissjoni kellha tliet għażliet – (1) li timponi multa massima ta’ 0.2% tal-PGD (ekwivalenti għal €2 biljun għal Spanja u kważi €200 miljun għal Portugall), (2) tnaqqas il-multa wara analiżi tal-ħidma li wettqu ż-żewġ pajjiżi biex inaqqsu d-defiċit tagħhom, (3) tħassar il-multa. Kif inhuma l-affarijiet Moscovici qal li t-tielet għażla hija l-aħjar waħda.
Din il-pożizzjoni turi li r-regoli tal-baġits se jsiru flessibbli, kif talbu ż-żewġ pajjiżi. Il-Portugall teħtieġ li tnaqqas id-defiċit eċċessiv sal-aħħar ta’ din is-sena filwaqt li l-Kummissjoni tat perjodu ta’ grazzja lil Spanja biex b’hekk tirranġa s-sitwazzjoni sal-aħħar tal-2018.
Moscovici qal li, ‘hemm bażi legali biex jitwettqu s-sanzjonijiet imma d-deċiżjoni li ttieħdet hija għall-aħjar interess ekonomiku u politiku.’ Hu saħaq li d-defiċits tal-pajjiżi naqas minn medja ta’ 6% għal medja ta’ 2% mingħajr ħtieġa ta’ sanzjonijiet.
Moscovici u l-kollega tiegħu responsabbli għall-Ewro Valdis Dombrovskis fissru li din hija l-aħjar deċiżjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tal-pajjiżi li ntlaqtu ħafna mill-kriżi finanzjarja. Id-deċiżjoni ttieħdet fid-dell tad-dwejjaq li ċ-ċittadini qed iħossu għall-proġett Ewropew wara r-referendum tar-Renju Unit. Is-sitwazzjoni politika ta’ Spanja wkoll hija waħda diffiċli hekk kif il-pajjiż għadu qed jipprova jifforma maġġoranza parlamentari wara t-tieni elezzjoni tal-pajjiż.
IS-SUD JIPPROVA JINGĦAQAD
Read More
IT-TENSJONI TORKA TINFIREX FIL-ĠERMANJA
Read More
IĦEJJI L-KARTI TAD-DIVORZJU GĦAR-RENJU UNIT
Read More
L-AKBAR ŻEWĠ SFIDI: IMMIGRAZZJONI U TERRORIŻMU
Read More
140 SENA BIEX JIPPROĊESSAW L-IMMIGRANTI
Read More
TAL-VISEGRAD IRIDU AKTAR SOVRANITA`
Read More
L-EBDA MULTI GĦAL SPANJA U L-PORTUGALL
Read More
RIVEDUTA L-ORDNI TAL-PRESIDENZI
Read More
DAQQA TA’ ĦARTA GĦAS-SENTIMENT EKONOMIKU
Read More
FATATI FL-INGILTERRA
Read More
Post a comment