Il-Prim Ministru Griek Alexis Tsipras stieden lil mexxejja ta’ Franza, Italja, Spanja, Portugall, Ċipru u Malta għal konferenza bl-għan li tissaħħaħ l-alleanza bejn dawn il-pajjiżi tas-Sud tal-Unjoni Ewropea. L-alleanza fost dawn il-pajjiżi għandha l-għan li tmur kontra l-programm ta’ awsterita` li qed jimponu l-pajjiżi Nordiċi fl-UE.

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi jaqbel mal-idea ta’ Tsipras li l-pajjiżi tas-Sud tal-Ewropa għandhom joħolqu l-programm tagħhom ta’ tkabbir ekonomiku li jikkuntrasta mal-politika ta’ awsterita`.

Tsipras ilu jisħaq fuq alleanza tal-pajjiżi tas-Sud  tal-Ewropa minn qabel l-elezzjonijiet tal-2015. Huwa minnu li fl-Unjoni Ewropea d-diverġenzi bejn il-pajjiżi ċentrali tal-Ewropa u dawk li qegħdin fil-periferija tal-Ewropa, qegħdin dejjem jikbru. L-għan tal-Unjoni, li ġġib lil pajjiżi l-istess ekonomikament, mhux qed jirnexxi. Agħar minn hekk, fl-aħħar snin il-politika Ewropea kompliet żiedet id-diverġenzi bejn il-pajjiżi hekk kif aktar riżorsi qed jimxu lejn l-Ewropa ċentrali filwaqt li l-ekonomiji tal-pajjiżi fil-periferija qed jistaġnaw.

Malta s’issa skansat dan il-mewġ u baqgħet miexja b’vapur sod f’baħar imqalleb. Kemm se jirnexxielha tibqa’ sejra hekk fil-futur? Ilha snin tiġi affettwata ħażin bil-politika ta’ ‘one-size-fits-all’ tal-Unjoni Ewropa, politika li taġevola lil pajjiżi ċentrali tal-Ewropa li huma mogħnija b’ħafna riżorsi. Politika li ċekknet ħafna setturi ekonomiċi Maltin fosthom is-settur agrikolu u dak industrijali. Malta rnexxielha ssaħħaħ settur wieħed, li permezz tiegħu l-ekonomija tikber, dak tas-servizzi finanzjarji u l-igaming.

Iżda fix-xefaq qed iberraq minħabba l-armonizzazzjoni tat-taxxa. It-tbassir hu li regola bħal din toħloq il-maltemp fis-settur tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna. Fl-interess ta’ Malta  li tagħmel alleanzi ma’ pajjiżi oħra fil-periferija tal-Ewropa. L-isfortuna hi li l-pajjiżi fil-viċin maħkuma mill-maltemp. Terġa’ l-interessi tagħhom huma xorta differenti minn tagħna. Fil-mument tal-verita` kulħadd jiġbed lejn xawwatu. Allura b’alleanza fil-verita` x’se jinkiseb?

 

IS-SUD JIPPROVA JINGĦAQAD

Il-Prim Ministru Griek Alexis Tsipras stieden lil mexxejja ta’ Franza, Italja, Spanja, Portugall, Ċipru u Malta għal konferenza bl-għan li ...
Read More

IT-TENSJONI TORKA TINFIREX FIL-ĠERMANJA

It-tensjoni li ħakmet lit-Turkija wara l-attentat tal-kolp ta’ stat kontra Erdogan qed tinfirex fil-Ġermanja fejn Erdogan igawdi appoġġ kbir fost ...
Read More

IĦEJJI L-KARTI TAD-DIVORZJU GĦAR-RENJU UNIT

Il-Franċiż Michel Barnier, li serva bħala Kummissarju tas-suq ħieles u s-servizzi finanzjarji bejn l-2010 u l-2014, ingħata l-kariga ta’ ‘negozjatur ...
Read More

L-AKBAR ŻEWĠ SFIDI: IMMIGRAZZJONI U TERRORIŻMU

L-Immigrazzjoni u t-terroriżmu huma l-akbar żewġ sfidi fil-pajjiżi tal-UE. Skont servej tal-Eurobarometer, l-Ewropej iħossu li l-immigrazzjoni (48%, -10% anqas mis-servej ...
Read More

140 SENA BIEX JIPPROĊESSAW L-IMMIGRANTI

Ir-reġistrazzjoni ta’ aktar minn 3 miljun immigrant Ewropew li diġa` qed jgħixu fir-Renju Unit se tkun biċċa xogħol amministrattiva kbira ...
Read More

TAL-VISEGRAD IRIDU AKTAR SOVRANITA`

Il-grupp tal-Visegrad, li jikkonsisti mir-Repubblika Ċeka, Ungerija, Polonja u Slovakkja ftiehmu li jimbottaw l-argument favur aktar sovranita` għall-pajjiżi membri fl-Unjoni ...
Read More

L-EBDA MULTI GĦAL SPANJA U L-PORTUGALL

Il-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri mexjin lejn sanzjonijiet simboliċi kontra Spanja u l-Portugall wara li ripetittivament kellhom defiċit eċċessiv fil-baġits ...
Read More

RIVEDUTA L-ORDNI TAL-PRESIDENZI

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rreveda l-ordni tal-presidenzi tal-pajjiżi membri. Il-lista tibqa’ sejra sas-sena 2030. Wara li r-Renju Unit, minn jeddu, ċaħad ...
Read More

DAQQA TA’ ĦARTA GĦAS-SENTIMENT EKONOMIKU

F’Lulju s-sentiment ekonomiku pożittiv fir-Renju Unit naqas b’-4.4 punti wara l-vot favur il-Brexit. Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea ...
Read More

FATATI FL-INGILTERRA

Skulturi ta’ fatati li jidhru qed jiżfnu jew jitqabdu kontra r-riħ fil-ġnien sabiħ ta’ Staffordshire fl-Ingilterra qed jiġbdu l-attenzjoni ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment