Fis-16 ta’ Settembru l-kapijiet ta’ stat tas-27 pajjiż tal-UE se jiltaqgħu fi Bratislava biex ikomplu jirriflettu fuq il-politika Ewropea tal-futur u jiddiskutu riformi meħtieġa bil-ħsieb li jitkabbar l-iżvilupp fil-pajjiżi tal-UE. Bħala xogħol preparatorju qabel il-laqgħa, il-President Tusk bħalissa qed jiltaqa’ mal-mexxejja Ewropej kollha dwar is-sustanza li għandha toħroġ minn dan is-summit.
Bħala parti minn dan ix-xogħol preparatorju Tusk iltaqa’ mal-Kanċilliera Angela Merkel fit-18 ta’ Awwissu. Kellu laqgħat oħra mal-President Franċiż Francois Hollande kif ukoll mal-mexxejja Ewropej tal-pajjiżi membri, inkluż mal-Prim Ministru Irlandiża Enda Kenny u l-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May (li mhux se tkun preżenti fis-summit ta’ Settembru minħabba l-vot tal-Brexit).
Fid-29 ta’ Ġunju 2016 il-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE ltaqgħu informalment biex jiddiskutu l-implikazzjonijiet tal-Brexit u l-futur tal-UE. Flimkien stqarrew li huma “determinati li nibqgħu magħquda u li naħdmu fil-qafas tal-UE biex negħlbu l-isfidi tas-seklu 21 u nsibu soluzzjonijiet fl-interessi tan-nazzjonijiet u tal-popli tagħna. Lesti li nsolvu d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu mis-sitwazzjoni li ninsabu fiha”.
Is-summit tas-16 ta’ Settembru fi Bratislava maħsub biex fih titkompla r-riflessjoni dwar il-futur u d-direzzjoni tal-UE.
FTIT SUSTANZA F’VENTOTENE
Read More
SE JIRRIFLETTU DWAR IL-FUTUR TAL-EWROPA
Read More
JEKK MHUX MILL-BIEB MIT-TIEQA
Read More
BIEX JAĊĊETTAW L-IMMIGRANTI JRIDU JIĦDULHOM 500,000 ROMA
Read More
L-IMPATT INIZJALI TAL-BREXIT
Read More
RAJOY JIPPROVA JGĦAQQAD GVERN FI SPANJA
Read More
TINSTAB SOLUZZJONI GĦALL-ORKESTRA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAL-UE
Read More
XARABANK BLA XUFIER
Read More
Post a comment