Tiftakarhom il-karozzi li jimxu waħedhom, mingħajr xufier, forsi f’xi film tal-biża’ jew f’xi cartoons ta’ Scooby-doo? Fid-dinja teknoloġika tal-lum, il-karozzi bla xufier saru realta`.
Fil-belt kapitali tal-Finlandja Helsinki għaddej proġett pilota li se jibqa’ sejjer sa nofs Settembru u li qed jittestja din it-teknoloġija ġdida. Il-proġett jikkonsisti minn 2 xarabanks li jaħdmu waħedhom mingħajr xufier. Ix-xarabanks jaħdmu bl-elettriku, jieħdu daqs 10 passiġġieri u jtellgħu veloċita` ta’ 40 km fis-siegħa. Ix-xarabanks għandhom erba’ sensors mpoġġija fuq l-erba’ kantunieri tax-xarabank biex iħossu l-ostakli. Għalissa mhux se jkollhom impatt fuq it-traffiku imma l-ħsieb huwa li jnaqqsu mit-traffiku billi jaħdmu flimkien mat-trasport pubbliku f’rotot li huma popolari.
Il-karozzi nħolqu minn kumpanija Franċiża, iżda ċ-Ċina qed tippjana li tibda produzzjoni tal-massa ta’ karozzi simili fi żmien 5 snin. L-Istati Uniti wkoll qed titħajjar twettaq proġetti simili. Il-futur huwa f’idejn it-teknoloġija.
FTIT SUSTANZA F’VENTOTENE
Read More
SE JIRRIFLETTU DWAR IL-FUTUR TAL-EWROPA
Read More
JEKK MHUX MILL-BIEB MIT-TIEQA
Read More
BIEX JAĊĊETTAW L-IMMIGRANTI JRIDU JIĦDULHOM 500,000 ROMA
Read More
L-IMPATT INIZJALI TAL-BREXIT
Read More
RAJOY JIPPROVA JGĦAQQAD GVERN FI SPANJA
Read More
TINSTAB SOLUZZJONI GĦALL-ORKESTRA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAL-UE
Read More
XARABANK BLA XUFIER
Read More
Post a comment