Qed ikun hemm reazzjonijiet kontrastanti mis-setturi tal-kummerċ madwar id-dinja dwar l-effetti tal-BREXIT. Il-prospett li r-Renju Unit  joħroġ mill-Unjoni Ewropea qed jaffettwa l-kunfidenza ta’ operaturi ekonomiċi fiċ-Ċina, l-Amerika Latina u l-Karibew. Dawn qed jiddubitaw fuq l-utilita` li jinvestu fl-Ewropa. Kmamar tal-kummerċ fl-Amerika Latina, l-Istati Uniti, it-Turkija, l-Afrika u l-Asja tal-Paċifiku jemmnu li l-vot tal-poplu Ingliż jitfa’ inċertezza dwar il-proġett Ewropew u anki jaffettwah ħażin. Dawn jinsabu mħassba dwar l-instabilita` politika u soċjali, l-aċċess għal finanzjamenti u l-instabilita` fis-sistema finanzjarja.

Fiċ-Ċina, Iran u l-Istati tal-Golf, l-opinjoni hija differenti. Dawn jemmnu  li l-BREXIT mhux se jaffettwa l-proġett Ewropew.

Fl-Indja u r-Russja jgħidu li għadu wisq kmieni biex ibassru x’se jiġri.

Minkejja l-inċertezza l-kmamar tal-kummerċ baqgħu pożittivi dwar it-tkabbir u t-tbassir ekonomiku għas-sena 2017 li mistenni jkun 3 u 4% tal-Prodott Domestiku Gross Ewropew.

SFIDI ĠODDA GĦALL-EWROPA

Il-Kapijiet tal-istati membri tal-UE fi tmiem din il-ġimgħa jiltaqgħu fi Brussell għas-Summit Ewropew. Dan is-Summit mistenni jkun iddominat mill-politika tal-kummerċ ...
Read More

 L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI TAL-BREXIT GĦANDHOM IKUNU SPJEGATI

Alfred Sant talab lill-istituzzjonijiet Ewropej li huma involuti fin-negozjati dwar il-BREXIT, biex ikunu ċari kemm jistgħu lejn iċ-ċittadini Ewropej dwar ...
Read More

REAZZJONIJIET KONTRASTANTI GĦALL-BREXIT

Qed ikun hemm reazzjonijiet kontrastanti mis-setturi tal-kummerċ madwar id-dinja dwar l-effetti tal-BREXIT. Il-prospett li r-Renju Unit  joħroġ mill-Unjoni Ewropea qed ...
Read More

IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

Il-Ġermanja u l-Awstrija talbu estensjoni ta’ sitt xhur oħra għat-tkomplija tal-kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom.  Fit-12 ta’ Mejju  il-Ġermanja, l-Awstrija, L-Isvezja, ...
Read More

APPROVAT RAPPORT TA’ ALFRED SANT DWAR PRIJORITAJIET EKONOMIĊI TAL-UE

Rapport dwar il-prijoritajiet ekonomiċi tal-UE għas-sena 2017 u ppreżentat mill-Ewroparlamentari Alfred Sant ġie approvat mill-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew ...
Read More

L-EWROPA BŻONN RIFORMI LI JINKORAĠĠIXXU L-INVESTIMENTI

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż François Villeroy de Galhau qal li l-Ewropa għandha bżonn riformi li jinkoraġġixxu l-investimenti u saħaq li ...
Read More

MHUX KULL PAJJIŻ QED IŻOMM ID-DETTALJI TAL-PASSIĠĠIERI MIL-LINJI TAL-AJRU

Numru ta’ stati membri għadhom ma implimentawx pjan fejn il-linji tal-ajru jkunu mitluba jżommu dettalji dwar passiġġieri li jtiru magħhom ...
Read More

B’€1 IL-PARLAMENT EWROPEW JAKKWISTA MUŻEW

Il-Parlament Ewropew beda jikri binja li kienet id-dar tal-artist Belġjan Antoine Wiertz għal prezz simboliku ta’ €1. Il-binja, li saret ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment